Tumbati Funebri ta' Gaya
Dehra
It-Tumbati Funebri ta' Gaya (bil-Korean: 가야고분군) jinkludu seba' kumplessi ta' tumbati funebri ta' Gaya, li jmorru lura għas-seklu 1 sal-aħħar tas-seklu 6 W.K. Fl-2023, is-seba' kumplessi ta' tumbati funebri fil-Korea t'Isfel tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]It-Tumbati Funebri ta' Gaya ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' kriterju wieħed tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]ID tal-UNESCO | Isem bil-Korean | Isem bil-Malti | Lokalità | Ritratt |
---|---|---|---|---|
1666-001 | 대성동 고분군 | Tumbati Funebri ta' Daeseong-dong | Gimhae, il-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Gyeongsang | |
1666-002 | 말이산 고분군 | Tumbati Funebri ta' Marisan | Haman County, il-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Gyeongsang | |
1666-003 | 옥전 고분군 | Tumbati Funebri ta' Okjeon | il-Kontea ta' Hapcheon, il-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Gyeongsang | |
1666-004 | 지산동 고분군 | Tumbati Funebri ta' Jisan-dong | il-Kontea ta' Goryeong, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Gyeongsang | |
1666-005 | 송학동 고분군 | Tumbati Funebri ta' Songhak-dong | il-Kontea ta' Goseong, il-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Gyeongsang | |
1666-006 | 유곡리와 두락리 고분군 | Tumbati Funebri ta' Yugok-ri u ta' Durak-ri | Namwon, il-Provinċja tat-Tramuntana ta' Jeolla | |
1666-007 | 교동과 송현동 고분군 | Tumbati Funebri ta' Gyo-dong u ta' Songhyeon-dong | il-Kontea ta' Changnyeong, il-Provinċja tan-Nofsinhar ta' Gyeongsang |
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ "Gaya Tumuli - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2025-01-07.