TM-XML
It-Trade Mark Extensible Markup Language huwa standard miftuħ XML għan-negozju tad-trademarks u għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-trademarks bejn l-Uffiċċji tal-Proprjetà Industrijali u l-imsieħba jew l-utenti tagħhom.
Il-Miri.
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel mira kienet li jiġi definit Standard XML għall-iskambju ta’ informazzjoni dwar it-trademarks. Matul l-ispeċifikazzjonijiet u wara l-kreazzjoni ta’ l-Istandard WIPO ST.66, miri oħra ġew miżjuda kif ġej:
- Id-definizzjoni ta’ Standards XML għall-Uffiċċji tat-Trade Marks u għan-Negozju tat-Trade Marks
- Il-proponiment ta’ Riżultati Utli bħala Bażi għall-Kreazzjoni ta’ Standards WIPO
- Id-definizzjoni ta’ Standards ta’ Servizz tal-Web għat-Trade Marks (Trademark Web Service Standards)
- Il-provvista ta’ Eżempji ta’ Implimentazzjonijiet u Għodda
- Il-qsim ta’ Esperjenzi, Prattiċi u Għarfien
- Il-promozzjoni ta’ Kollaborazzjoni u Armonizzazzjoni ta’ Informazzjoni dwar it-Trade Marks u Rappreżentazzjonijiet ta’ Għarfien
- (Ġdid) Il-Preparazzjoni tal-Web Semantiku Emerġenti (Emerging Semantic Web) għad-Dominju tat-Trade Marks fil-Kuntest tal-Proprjetà Intelletwali
L-Istorja.
[immodifika | immodifika s-sors]TM-XML kien definit minn grupp ta’ ħidma ikkrejat mill-Uffiċċju ta’ l-Armonizzazzjoni ġewwa s-Suq Intern f’Ġunju 2003.
Ġew ippublikati tmien verżjonijiet abbozzati biex jinġabru r-reazzjonijiet (verżjonijiet 0.1 sa 0.7 u Abbozz 1.0) qabel ma ġiet ippublikata l-verżjoni Finali 1.0 fis-26 ta’ Mejju, 2006 fuq il-Websajt tiegħu TM-XML.org.
Il-Verżjoni 1.0 TM-XML Finali ġiet proposta bħala bażi għall-kreazzjoni ta’ Standard WIPO msemmi ST.66 li ġie adottat mill-Kumitat Permanenti dwar it-Teknoloġiji ta’ l-Informazzjoni / Grupp ta’ Ħidma dwar l-Istandards u d-Dokumentazzjoni (SCIT/SDWG) matul it-8 sessjoni f’Marzu 19-22, 2007 f’Ġinevra.
Pjan ta’ Azzjoni 2008-2010
[immodifika | immodifika s-sors]Verżjoni | Ippjanat | Kontenut |
---|---|---|
Verżjoni TM-XML 2.0 | 2008 | Informazzjoni dwar l-Opposizzjoni, l-Appel u t-Tiġdid. L-Ewwel Servizzi tal-Web u r-Regoli tal-Kwadru tad-Deskrizzjoni tar-Riżorsi (RDF – Rules in Resource Description Framework) u l-Lingwa ta’ l-Ontoloġija tal-Web (OWL – Web Ontology Language) |
Verżjoni TM-XML 3.0 | 2010 | Servizzi Addizzjonali tal-Web u l-Web Semantiku – Rappreżentazzjoni ta’ l-Għarfien u s-Servizzi (Semantic Web – Knowledge Representation & Services) |
Ara Wkoll
[immodifika | immodifika s-sors]DS-XML : L-Istandard XML għad-Disinn / Disinn Industrijali Il-Home Page DS-XML