Steve Borg (mużiċist)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Steve Borg twieled fl-24 t'April 1964 fir-raħal ta' Wied il-Għajn. Huwa magħruf għall-ħidma b'risq il-qasam mużikali Malti. Fl-2000 kien ko-fundatur tal-grupp Malti Etnika, li qajjmu mill-mewt strumenti qodma Maltin, fosthom iż-żaqq, il-flejguta u ż-żummara. Sena wara rebaħ, flimkien ma' sħabu, il-Malta Music Achievement Award, għaliex għamel pubbliċi melodiji antiki Maltin ta' Edward Jones, li kienu ntesew jew mhux magħrufa fil-memorja kolletiva tal-poplu Malti.

Huwa wkoll il-promotur tal-kantawtur Walter Micallef, u li għalih ipproduċa żewġ albums, M'Jien Xejn fl-2003 u Ħamsin fl-2007.