Francis Ebejer: Differenza bejn il-verżjonijiet

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Content deleted Content added
m Modifiki annullati ta' 78.133.51.13 (diskussjoni) għall-aħħar verżjoni ta' BRUTE
No edit summary
Linja 1: Linja 1:
[[Stampa:FrancisEbejer.jpg|thumb|right|220px|Francis Ebejer]]
'''Francis Ebejer''' (28 ta' Awissu, 1925 - 10 ta' Ġunju, 1993) kien kittieb u drammaturgu Malti tas-seklu 20.
'''Francis Ebejer''' ([[Ħad-Dingli]], [[28 ta' Awwissu]] [[1925]] [[San Ġiljan (lokalità)|San Ġiljan]], [[10 ta' Ġunju]] [[1993]]) kien kittieb u drammaturgu [[Malta|Malti]] tas-seklu 20.
[[Image: FrancisEbejer.jpg|thumb|right|210px| Francis Ebejer]]


==Bijografija==
== Bijografija ==
[[Stampa:Francis ebejer.jpg|thumb|right|210px|Monument lil Francis Ebejer ġewwa Ħad-Dingli]]
Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-[[Dingli]]. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-[[Università ta’ Malta]] bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu ta’ l-Ingliż-Taljan ma l-''8th Army'' ta’ l-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta’ Fuq (1943-44). Ħa sena kors tal-letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem ta' l-[[Ingliż]] u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, Middlesex (1948-50) l-[[Renju Unit|Ingilterra]], inħatar kap ta' l-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sa' l-1977.
Francis Ebejer twieled u trabba [[Ħad-Dingli]]. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-[[Università ta' Malta]] bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal-Ingliż-Taljan mal-''8th Army'' tal-Forzi Brittaniċi fit-[[Tripolitanja]], l-Afrika ta' Fuq (1943–1944). Ħa sena kors tal-Letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem tal-[[Lingwa Ingliża|Ingliż]] u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, f'[[Middlesex]], l-[[Ingilterra]] (1948–1950), hu nħatar kap tal-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sal-1977.


Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-B.B.C. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.
Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-[[Lingwa Maltija|Malti]]. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati fi [[New York]] bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-[[BBC]]. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-[[Lingwa Taljana|Taljan]], [[Lingwa Olandiża|Olandiż]] u saħansitra għall-[[Lingwa Ġappuniża|Ġappuniż]]. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.


Ebejer kien membru tal-[[P.E.N.]](L-Għaqda Internazzjonali ta' l-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill ta' l-Akkademja tal-Malti.
Ebejer kien membru tal-[[P.E.N.]] (L-Għaqda Internazzjonali tal-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill tal-[[Akkademja tal-Malti]].


Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-'Cheyneh Award for the Best Producer' fl-1984, il-'Phoenicia Trophy for Culture" fl-1982 u fl-1985, u l-premju 'Città di Valletta' fl-1989.
Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-''Cheyneh Award for the Best Producer'' fl-1984, il-''Phoenicia Trophy for Culture'' fl-1982 u fl-1985, u l-premju ''Città di Valletta'' fl-1989.


Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.
Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-[[Swieqi]] fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.
[[Image: Francis ebejer.jpg|thumb|right|210px|Monument lil Francis Ebejer, Ħad-Dingli]]


==Xogħlijiet==
== Xogħlijiet ==
Ebejer kiteb in-novelli kollha barra waħda bl-Ingliż. L-aħħar novella ''The Malta Baron and I Lucian'' kienet ippublikata fl-2002, disa’ snin wara mewtu. Din tista’ titqies bħala tewmija ma’ ''Requiem for a Malta Fascist'' (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-[[faxxiżmu]] u t-[[Tieni Gwerra Dinjija]]. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.


Ebejer kiteb in-novelli kollha, barra waħda, bl-Ingliż. L-aħħar novella ''The Malta Baron and I Lucian'' kienet ippublikata fl-2002, disa' snin wara mewtu. Din tista' titqies bħala tewmija ma' ''Requiem for a Malta Fascist'' (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-[[faxxiżmu]] u t-[[Tieni Gwerra Dinjija]]. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.
Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f’Malta fit-tieni nofs tas-Seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.


Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f'Malta fit-tieni nofs tas-seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.
Fis-snien ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw ‘l Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu ''Vaganzi tas-Sajf'' (1962), ''Boulevard'' (1964), u ''Menz'' (1967) għamlu suċċess kbir u taw ‘l-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien ''Il-Ġaħan ta' Binġemma'', miktub fl-1986 ghas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopadi Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia'' u ''The Golden Tut'' kif ukoll ''The Cliffhangers'', li mbagħad qalbu għall-Malti bħala ''L-Imwarrbin''.

Fis-snin ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw lil Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu ''Vaganzi tas-Sajf'' (1962), ''Boulevard'' (1964), u ''Menz'' (1967) għamlu suċċess kbir u taw lil-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien ''Il-Ġaħan ta' Binġemma'', miktub fl-1986 għas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopardi. Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia'' u ''The Golden Tut'' kif ukoll ''The Cliffhangers'', li mbagħad qalbu għall-Malti bħala ''L-Imwarrbin''.


'''Novelli bl-Ingliż:'''
'''Novelli bl-Ingliż:'''
Linja 29: Linja 30:
*Leap of Malta Dolphins (1982)
*Leap of Malta Dolphins (1982)
*The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)
*The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)



'''Drammi bil-Malti:'''
'''Drammi bil-Malti:'''
Linja 43: Linja 43:
*Il-Ġaħan ta' Binġemma (1986)
*Il-Ġaħan ta' Binġemma (1986)


==Ħoloq esterni==
== Ħoloq esterni ==
[http://vids.myspace.com/index.cfm?fuseaction=vids.individual&videoid=38360151] Dokumentarju 'investigattiv' fuq Francis Ebejer
* [http://www.allmalta.com/folklore/p_012.html Bijografija ta' Francis Ebejer]
* [http://www.myspace.com/video/vid/38360151 Dokumentarju 'investigattiv' fuq Francis Ebejer]

{{DEFAULTSORT:Ebejer, Francis}}
[[Kategorija:Twieldu fl-1925]]
[[Kategorija:Mietu fl-1993]]
[[Kategorija:Kittieba Maltin]]


[[de:Francis Ebejer]]
[[de:Francis Ebejer]]

Reviżjoni ta' 20:18, 12 Ottubru 2012

Stampa:FrancisEbejer.jpg
Francis Ebejer

Francis Ebejer (Ħad-Dingli, 28 ta' Awwissu 1925San Ġiljan, 10 ta' Ġunju 1993) kien kittieb u drammaturgu Malti tas-seklu 20.

Bijografija

Stampa:Francis ebejer.jpg
Monument lil Francis Ebejer ġewwa Ħad-Dingli

Francis Ebejer twieled u trabba Ħad-Dingli. Kien l-ikbar fost sebat aħwa. Kemm missieru kif ukoll ommu kienu għalliema. Studja fl-iskola primarja tal-Gvern u fil-Liċeo. Ebejer studja l-mediċina fl-Università ta' Malta bejn l-1942 u l-1943 imma telaq biex jaħdem bħala interpretu tal-Ingliż-Taljan mal-8th Army tal-Forzi Brittaniċi fit-Tripolitanja, l-Afrika ta' Fuq (1943–1944). Ħa sena kors tal-Letteratura fl-Università ta' Malta. Imbagħad mexa fuq il-passi ta' missieru u sar għalliem tal-Ingliż u wara sentejn taħriġ f'St Mary's Training College, f'Middlesex, l-Ingilterra (1948–1950), hu nħatar kap tal-iskejjel primarji tal-Gvern fejn baqa' sal-1977.

Ebejer kien jikteb bl-Ingliż kif ukoll bil-Malti. Beda l-karriera tiegħu permezz ta' drammi fuq ir-radju, televiżjoni u stejjer qosra li kienu ppubblikati fi New York bejn l-1980 u 1992 u oħrajn imxandra fuq il-BBC. Xi xogħlijiet tiegħu nqalbu għat-Taljan, Olandiż u saħansitra għall-Ġappuniż. Wara Ebejer kiteb serje ta' novelli bl-Ingliż u tliet drammi bil-Malti.

Ebejer kien membru tal-P.E.N. (L-Għaqda Internazzjonali tal-Awturi), President onorarju tal-Moviment Letterarju Malti u membru tal-Kunsill tal-Akkademja tal-Malti.

Ebejer rebaħ bosta premjijiet u unuri għax-xogħlijiet teatrali kif ukoll televiżivi tiegħu. Huwa ġie mogħti il-Premju Letterarju Malti erba' darbiet, iċ-Cheyneh Award for the Best Producer fl-1984, il-Phoenicia Trophy for Culture fl-1982 u fl-1985, u l-premju Città di Valletta fl-1989.

Ebejer miet ħabta u sabta fir-residenza tiegħu fis-Swieqi fl-1993, u ndifen fil-ċimiterju ta' Ħad-Dingli.

Xogħlijiet

Ebejer kiteb in-novelli kollha, barra waħda, bl-Ingliż. L-aħħar novella The Malta Baron and I Lucian kienet ippublikata fl-2002, disa' snin wara mewtu. Din tista' titqies bħala tewmija ma' Requiem for a Malta Fascist (1980). Iż-żewġ novelli jittrattaw il-faxxiżmu u t-Tieni Gwerra Dinjija. Dawn is-suġġetti kienu importanti ħafna fil-ħajja tiegħu.

Ebejer kien id-drammaturgu prinċipali f'Malta fit-tieni nofs tas-seklu 20. Id-drammi oriġinali tiegħu, miktubin bi stil eleganti li juri sengħa kbira fl-użu tal-ilsien Malti, ippruvaw idaħħlu introspezzjoni iżjed profonda fis-soċjetà Maltija.

Fis-snin ħamsin kien jikteb l-iżjed għar-radju, waqt li fis-snin sittin raw lil Ebejer, issa iżjed matur, jikteb ix-xogħlijiet teatrali importanti tiegħu. It-tliet opri kbar tiegħu Vaganzi tas-Sajf (1962), Boulevard (1964), u Menz (1967) għamlu suċċess kbir u taw lil-letteratura Maltija l-ewwel drammi intelletwali. L-aħħar dramm ta' Francis Ebejer kien Il-Ġaħan ta' Binġemma, miktub fl-1986 għas-Sena Internazzjonali taz-Żgħażagħ u li kien dirett għall-Ministeru tal-Edukazzjoni minn Mario Azzopardi. Ebejer kiteb ukoll xi drammi bl-Ingliż, fosthom 'Bloddy in Bolivia u The Golden Tut kif ukoll The Cliffhangers, li mbagħad qalbu għall-Malti bħala L-Imwarrbin.

Novelli bl-Ingliż:

  • A Wreath of Maltese Innocents (1958)
  • Wild Spell of Summer (1968)
  • In the Eye of the Sun (1969)
  • Come Again in Spring (1973)
  • Requiem for a Malta Fascist (1980)
  • Leap of Malta Dolphins (1982)
  • The Malta Baron and I Lucian (postum 2002)

Drammi bil-Malti:

  • Vaganzi tas-Sajf (1962)
  • Boulevard (1964)
  • Menz (1967)
  • Il-Ħadd fuq il-Bejt (1971)
  • L-Imnarja Żmien il-Qtil (1973)
  • Vum-Barala-Zungare' (1973)
  • Id-Dar tas-Soru (1974)
  • Meta Morna tal-Mellieħa (1976)
  • Karnival (1977)
  • Il-Ġaħan ta' Binġemma (1986)

Ħoloq esterni