Aqbeż għall-kontentut

Soċjoloġija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Perspettivi Soċjoloġiċi

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Kultura u s-Soċjetà

[immodifika | immodifika s-sors]

Ralph Linton jara' l-kultura bħala t-triq tal-ħajja maqsuma bejn il-membri tas-soċjetà. Din tiġi mgħalma u hi parti vitali fis-soċjetà umana. Il-kulturi vvarjaw bejn soċjetà u oħra. Pereżempju, xi soċjetajiet jippratikaw il-ġeronitiċidja (fejn joqtlu l-persuni xjuħ). L-Aboriġini Tasmanjani, pereżempju, ġieli jħallu l-anzjani jmutu.

  • Soċjaliżazzjoni: hu l-proċess li minnu titgħallem il-kultura, u din tkompli matul il-ħajja. Hi essenzjali għal partiċipazzjoni fis-soċjetà umana; persuni li ma jiġux soċjaliżatti - eż. il-'wolf-children' ta' Midnapore - issibuha diffiċli ħafna biex jaddotaw mas-soċjetà umana.
  • Soċjaliżazzjoni primarja: hi l-ewwel fażi, normalment isir fil-familja.
  • Gruppi 'Peer' (gruppi ta' l-istess età u status): is-sistema edukazzjonali u x-xogħol huma aġenti għas-soċjaliżazzjoni sekondarja.
  • Valuri: huma linji ta' gwieda ġenerali dwar xiex jitqies tajjeb jew ħażin għas-soċjetà.
  • Normi: huma gwiedi speċifiċi lejn xi azzjoni li tiġi minn valuri ġenerali. Normi jiġu spjegati, pereżempju, meta huwa aċċettat li tneħi l-ħwejjeġ. In-normi jiġu kontrollati b'sanzjoniet negativi (kastigi) jew sanzjoniet positivi (premji).
  • Status huwa l-pożizzjoni soċjali, bħal tabib, għalliem, student, mara tad-dar, raġel, membru ta' xi grupp etniku, addoloxent u oħrajn. Ċertu status jiġu mit-twelied, eżempju: l-istatus ta' mara jew raġel; u oħrajn taħdem għalihom, eżempju: l-istatus ta' xogħlijiet differenti.

Żvilupp tas-Soċjetajiet Umani

[immodifika | immodifika s-sors]

Ċertu soċjoloġisti jaraw is-soċjetajiet li għaddew minn ċertu stadji ta' żvilupp, bħal pre-moderni, moderni u post-moderni.

Soċjetajiet Pre-Moderni

[immodifika | immodifika s-sors]

Anthony Giddens (1997) qasam is-soċjetajiet f'tliet tipi:

  • Soċjetajiet ta' kaċċa u biedja, ibbażati fuq il-kaċċa għall-annimali u jaqtgħu l-frott u l-ħxejjex.
  • Soċjetahiet ta' trobbija fejn jirgħaw l-annimali u jaħdmu fl-agrikoltura
  • Ċiviliżazzjoniet mhux industrijali, bħal l-'Aztecs', l-Eġizzjani tal-Qedem, il-Griegi u r-Rumani

Soċjetajiet Industrijali Moderni

[immodifika | immodifika s-sors]

Dawn bdew jiżvilupaw fl-aħħar tas-seklu tmintax u dsatax. Lee u Newby (1983) ħarġu b'erbgħa fatturi:

  • Industrijaliżmu - ir-Revoluzjoni Industrijali bdiet f'tmiem is-seklu tmintax. Dan kabbar il-poter prodottiv uman u naqqas il-mod ta' kif tinbidel il-ħajja soċjali.
  • Kapitaliżmu - jinvolvi fih l-impjieg tal-ħaddiem bħall-pagi u negozji li jimxu fuq il-qliegħ
  • Urbaniżmu - irriżulta meta l-popolazzjoni bdiet tikber u tgħix fl-ibliet u l-irħula.
  • Demokrazija Liberali - fejn ħadet post il-monarkija, tgħat dritt lil poplu biex isemmi leħnu fis-soċjetà.

Dan it-tibdil t'hawn fuq ikrea modernità, li jinvolvi twemmin f'pjan t'abilita, biex isolvu l-problemi jużaw ix-xjenza u t-teknoloġija. Xi wħud jaraw is-soċjoloġija li hi nvoluta fil-qrib mal-modernita.

Post-Modernità

[immodifika | immodifika s-sors]

il-Post-modernità jingħad minn xi soċjoloġisti li qed jibdel il-modernità.

  • Il-post-modernità tiprova li tnaqas il-fidi fix-xjenza u r-razzjonalità, u tnaqas it-twemmin lejn il-progress u tkabar ix-xettiżmu dwar xi teoriji li jgħidu li jiproduċu futur aħjar.
  • Xi twemmien non-razzjonali (bħal twemmin Era Ġdida (New Age)) sar aktar popolari. Skond xi post-modernisti, it-tibdil huwa ħaġa waħda mal-ekonomija post-industrijali (eknomija bbażata fuq servizz jew informazzjoni teknoloġika)

Għal xi post-modernisti, teoriji antikwati dwar is-soċjetà saru barra minn żmienhom, imma soċjoloġisti oħrajn jistaqsu dwar il-valur tat-teoriji tal-post-modernità.

Teoriji tas-Soċjetà

[immodifika | immodifika s-sors]

Funzjonaliżmu

[immodifika | immodifika s-sors]

Nies funzjonalisti jinkludu lil Emile Durkheim (1858-1917) u lil Talcott Parsons (1902-1979).

  • Il-funzjonalisti oriġinalment ġabu ideat mill-bijoloġija. Dawn raw kull parti tas-soċjetà li għandha funzjoni (skop li tgħamel dak ix-xogħol) bħal kull parti tal-ġisem (eżempju: il-kmand tas-soċjetà issu l-moħħ tal-bniedem).
  • Il-funzjonalisti jaraw is-soċjetà bħala strutura, bl-istituzjoniet jaħdmu għall-funzjonijiet vitali, u l-irwoli jidderiċu n-nies kif iġibu ruħhom.
  • Dawn jidentifikaw il-funzjoniet ta' kull parti ta' l-istrutura - eżempju: il-familja tissoċjaliża ż-żgħar u tipproduċi kultura.
  • L-istituzjonijiet qegħdim hemm biex jilħqu l-ħtiġijiet bażiċi tas-soċjetà - eżempju: tipprovdi ikel u kenn għaċ-ċittadini

Perspettivi ta' Konflitt

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-perspettivi ta' konflitt jaqblu li hemm differenza ta' interessi bejn il-gruppi f'soċjetà (dak li huwa tajjeb għal grupp huwa ħażin għal grupp ieħor). Din toħloq potenzjal ta' konflitt bejn il-gruppi. Hemm diversi teoriji ta' konfltt.

Il-Marxiżmu huwa moviment ta' ħsieb imsejjes fuq l-idejat ta' Karl Marx (1818-1883), li wara ġew adattati minn kittieba oħra li ġew warajh.

  • Marx jaqbel li s-soċjetajiet żviluppaw meta n-nies bdew jingħaqdu biex jipproduċu l-ikel għalihom.
  • Il-forza tal-produzjoni bidlet il-forma tar-relazzjoniet soċjali
  • Is-sistema ekonomika tikkonsisti minn forzi u relazzjoniet soċjali li joħolqu infrastrutura fis-soċjetà.
  • Diversi soċjetajiet jimxu fuq li jaħqru li xi gruppi minn oħrajn. Dawk li għandhom f'idejhom il-qasam tal-produzjoni (bħal artijiet, fabbriki, materja prima jew kapital) jaħqru lil dawk li jaħdmu għalihom.
  • Soċjetajiet kontemporanji jidhru bħala soċjetajiet kapitalisti fejn is-sid tal-kapital jiddomina kollox.
  • Il-Kapitalisti (il-bourgeoise) jaħqru lill-ħaddiema (il-proletariat) billi jħalsuhom pagi anqas mill-ġid li nħoloq mix-xogħol tagħhom. Il-Kapitalisti jiħdu l-profit u jsiru sinjuri u aktar sinjuri.
  • Fil-kommuniżmu l-affarijiet tal-produzjoni (artijiet, fabbriki, eċċ.) jiġu kommuni għal kulħadd, b'hekk ma jkunx hemm klassi li tirregola, l-ebda skjavitu pulit u anqas differenza bħal dik tal-kapitaliżmu.