Snajja Maltin
Dan l-artiklu dwar il-kultura huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Xogħol u Snajja' Maltin
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Buttar
Il-buttar kien dak li jagħmel il-btieti, il-krietel u l-ġarar. Il-btieti kienu għall-prodotti tal-biedja bħal basal, patata, pastard, bettieħ, ħawħ, rummien u prodotti oħra.
Il-krietel u l-btieti kienu jsiru billi l-buttar kien idawwar xi injam u madwar l-injam kien jagħmel ċrieki tal-ħadid li ma jsaddux. Meta tkun lesta, il-buttar kien jiftaħ toqba mnejn jimla l-inbid. Din it-toqba kien isoddha b'’biċċa sufra imkebba f’ċarruta ratba.
F'dawn il-krietel kienu jintefa' l-inbid ukoll. Dawn il-krietel bl-inbid kienu jintefgħu ġewwa maħżen u jinfetħu matul xi okkażjoni.
Il-Bexxiex
Il-Bexxiexa tat-toroq
Sena ilu meta ma kienx għad hawn is-sistema tat-tarmak it-toroq kienu jinksew bi żrar tal-qawwi li kienet tagħmilha diffiċli biex tinkines l-art u għalhekk minflok kenniesa l-gvern kien jimpjega l-bexxiexa. Dawn kienu jbexxu t-toroq u jraqqdu t-trabijiet. Iżda l-bexxiexa nqatgħu hekk kif beda jinqata' ż-żrar mit-toroq għall-ħabta tal-1930.
Il-Ballata
Il-Ballata ġeneralment kienu jkunu nisa li joqogħdu f’post fejn ma kienx hemm sajd jew agrikultura. Dawn mingħajr ebda studju kienu jagħmlu x-xogħol meħtieġ għall-bjut tad-djar. Kien ikun hemm gruppi ta’ erbgħa jew ta' sitta f’daqqa u bħala għodda kienu jużaw il-marżebba u l-kazzola. Il-marżebba kellha manku u qiegħ ċatt u kienu jużawha sabiex iballtu b’mod uniformi. Imbagħad kien jingħata “l-proviżjon”. Dan kien ikun taħlita ta’ ġir abjad u deffun. Il-proviżjon kien jinkesa mal-bejt kollu bl-għajnuna tal-marżebba. Imbagħad kien jibda x-xogħol bil-kazzola li kienu jużawha biex tillixja kullimkien. Meta kollox ikun lest dejjem kienu jagħmlu t-tiben biex ix-xemx ma tiblax l-umdita` kollha.
Il-Qalfat
Il-qalfat kien persuna li kien jagħmel l-affarijiet bl-użu tal-qasab. Pereżempju xi qoffa jew qasba, xi bixkilla jew palju. Il-qalfat kien jgħawweg il-qasab mingħajr ma jaqsamhom u jifforma l-oġġett li jrid jew li jordnaw in-nies.
Il-Ħaddied
Bil-forġa u l-inkwina, bit-tnalja u l-mazza, il-ħaddieda kienu jsawru għodod għall-bdiewa sa rimmijiet tal-karettuni. Kienu jsewwu oġġetti tal-ħadid ġeneralment użati mir-residenti tal-lokal. Sa mill-eqdem żminijiet, il-ħaddieda Għawdxin ħadmu oġġetti mill-ħadid u l-azzar skont il-bżonnijiet ta’ nies tas-sengħa jew inkella bżonnijiet fid-djar.
Il-morsa u l-lima rnexxielhom jservu klijenti daqstant differenti bħat-taħħan, is-sarraġ, il-mastrudaxxa u l-bennej. Mill-azzar, il-ħaddied ttempra xfafar ta’ mnanar,skieken, u wċuħ tal-imrietel. Uħud mill-oġġetti li kien jagħmel il-ħaddied kienu, sikek tal-ħart u mgħażaq, ċappetti tal-bibien u spanjoletti tat-twieqi, serraturi u mfietaħ, ktajjen, skieken, imsiemer, għodda, nagħal taż-żwiemel, ganċijiet, partijiet tal-karettuni, borom, taġnijiet, u kaldaruni.
Il-Furnar
Għawdex huwa magħruf għall-ħobż bnin tiegħu. Illum il-ħobż m'għadux daqshekk essenzjali fid-dieta Għawdxija, iżda madanakollu xorta għadu jinżel għasel flimkien ma' xi stuffat, laħam il-forn jew ma' xi insalata. Saħansitra xi wħud għadhom sa llum ma jgħaddux mingħajr dik il-biċċa ħobż tal-Malti tqarmeċ friska, flimkien ma' xi tadama u ġbejna. Il-ħsieb biss, jiftaħlek l-aptit!
Il-ħobż Għawdxi jixxiebaħ ħafna ma' dak ta' Malta. X'aktarx li s-sengħa tal-ħobż intirtet minn dik tal-Italja tan-Nofsinhar, u ta' Sqallija. It-togħma tal-ħobż tiddependi minn jekk il-forn jissaħħanx bil-ħatab, bil-pitrolju jew inkella bl-elettriku. L-ghamla tal-qiegħa tal-forn għandha sehem ewlieni fit-togħma partikolari tal-ħobż.
Minħabba fl-importanza tal-ħobż, Għawdex huwa miżgħud bi fran xi ftit jew wisq f'kull raħal. Barra minn ħobż tal-Malti, fran Għawdxin jaħdmu sensiela ta' prodotti skont il-gosti tal-parruċċani tagħhom. Fosthom wieħed jista' jsib varjeta' ta' ħobż bħal dak tal- Kexxun, Ftajjar, Pastizzi, Qagħaq, Ħobż tal- Franċiż, Ħbejżiet jew Panini u kultant xi xogħol tal-ħelu wkoll. Il-proċess ta' kif jinħadem il-ħobż baqa' l-istess tul ġenerazzjonijiet sħaħ, tant li ħafna drabi ssib li s-sen Il-bidu u l-iżvilupp tad-drapp minsuġ huwa mirqum mal-istorja tal-bniedem.
In-Nissieġa
Il-bidu u l-iżvilupp tad- drapp minsuġ huwa mirqum mal-istorja tal- bniedem. In-nies tgħallmu l-insiġ eluf ta’ snin ilu billi użaw, ħaxix, weraq tal-palm usiltiet irqaq tal-injam jew qasab. L-insiġ huwa l-proċess li bih isiru drappijiet,twapet,kutri u prodotti oħra li jsiru permezz ta’ tislib ta’ żewġ settijiet fibri bħal qoton, ħarir jew suf. Madanakollu, kull materjal li huwa rqiq u flessibbli biżżejjed jista’ jkun minsuġ. X’aktarx li kienu l-Feniċi li daħħlu s-sengħa tal-insiġ f’Malta u Għawdex. Fi żminijiet Puniċi u Rumani, il-gżejjer Maltin saru magħrufa għall-livell għoli ta’ drappijiet lokali. Is-senatur Ruman Ċiċerun, fir-rapport tiegħu kitebdwar “kwantitajiet ta’ drapp fin Malti.
Il-pastas li kien persuna il kien iggor il-bastijiet tas-sinjuri