Aqbeż għall-kontentut

Slogan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Slogans ta' reklamar huma frażijiet qosra, ħafna drabi memorabbli, użati f'kampanji ta' reklamar. Huma kkwotati bħala l-aktar mod effettiv ta' kif wieħed jiġbed l-attenzjoni lejn wieħed jew iktar aspetti ta' prodott. It-terminu strapline huwa terminu użat fir-Renju Unit u 'l-pajjiżi tal-Commonwealth biex jirreferi għal sentenza sekondarja abbinata ma' isem ta' ditta. L-għan tal-istrapline hu li jenfasizza frazi li l-kumpanija tkun tixtieq li titfakkar biha, speċjalment biex tirreklama immaġni azjendali jew konnessjoni speċifika ma' prodott jew bażi tal-konsumatur.[1]

Xi slogans huma maħluqa biss għal kampanji speċifiċi bi żmien limitat; oħrajn huma intiżi bħala slogans azjendali, biex jintużaw fuq perjodu estiż; xi slogans jibdew bħal tal-ewwel, u jsibu ruħhom ikkonvertiti f'tal-aħħar għaliex jinqabdu sew mill-pubbliku, u xi wħud jibqgħu memorabbli għal ħafna snin wara li jkun intemm l-użu tagħhom.

  1. ^ Sean Brierley (2002). Routledge (ed.). The Advertising Handbook. ISBN 0-415-24391-2.