Aqbeż għall-kontentut

Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Iljunfant Asjatiku f'Huai Kha Khaeng.

Is-Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng huwa l-isem uffiċjali tas-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fit-Tajlandja li jkopri l-inħawi ta' żewġ santwarji tan-natura selvaġġa biswit xulxin: is-Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Thung Yai Naresuan u s-Santwarju tan-Natura Selvaġġa ta' Huai Kha Khaeng. Dawn ikopru l-inħawi fil-provinċji ta' Kanchanaburi, ta' Tak u ta' Uthai Thani, u jiffurmaw parti kbira mill-Kumpless ta' Foresti tal-Punent tat-Tajlandja. Is-sit tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.[1]

Is-santwarji huma estiżi fuq iktar minn 600,000 ettaru (1,500,000 akru) tul il-fruntiera mal-Myanmar/Burma. Huma relattivament intatti u fihom eżemplari ta' kważi t-tipi kollha ta' foresti tax-Xlokk tal-Asja kontinentali. Is-santwarji tan-natura selvaġġa jospitaw firxa wiesgħa ħafna ta' annimali, inkluż 77 % tal-mammiferi l-kbar (speċjalment iljunfanti u tigri), 50 % tal-għasafar il-kbar and 33 % tal-vertebrati ta' fuq l-art li jinsabu f'dan ir-reġjun.

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Is-Santwarji tan-Natura Selvaġġa ta' Thungyai-Huai Kha Khaeng ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1991.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (vii) "Post fejn iseħħu fenomeni naturali tal-għaġeb jew fejn hemm żoni ta' ġmiel naturali u ta' importanza estetika eċċezzjonali"; il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]

  1. ^ a b ċ "Thungyai–Huai Kha Khaeng Wildlife Sanctuaries". whc.unesco.org. Miġbur 2024-10-11.