San Girgor Nażjanżenu

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
San Girgor Nażjanżenu

Ikona ta' San Girgor
Affresk minn Karije Kamii, Istanbul, it-Turkija
Twelid 329
Nażjanu, il-Kappadoċja
Mewt 389
Nażjanu, il-Kappadoċja
Kanonizzazzjoni pre-kongregazzjoni
L-ikbar santwarju Knisja ta' San Ġorġ, Istanbul
Festa Knisja Ortodossa: il-25 ta' Jannar u t-30 ta' Jannar
Knisja Kattolika: it-2 ta' Jannar u l-25 ta' Jannar
Attributi Libsa bajda ta' iskof mingħajr mitra. Spiss ikun akkumpanjat minn San Bażilju.
Patrun/a Poeti Nsara

San Girgor Nażjanżenu (329 - 389 w.K.) kien wieħed mis-Santi Padri tal-Lvant.

Twieled f’Nażjanże, Kappadoċja fis-sena 330. Missieru Girgor Nazjanzenu x-xiħ, ommu Nonna, ħuħ Ċesarju, u oħtu Gorgonja, huma lkoll qaddisin.

Kellu temperament differenti minn ta’ ħabibu Bażilju, kien aktar miġbur, ta’ għalih waħdu, u jħobb il-kwiet. Meta ħabibu mar eremita, hu mar warajh. Fis-sena 362 ġie ordnat saċerdot, u fis-sena 372 ġie kkonsagrat Isqof ta’ Sasima, mill-ħabib tiegħu San Basilju li kien Arċisqof ta’ Ċesarija. Fis-sena 380 sar il-Patrijarka ta’ Konstantinopli.

Sena wara rtira f’Nażjanzu fejn għex fil-kwiet, jitlob, jikteb u jipprietka, sakemm miet fil-25 ta’ Jannar tas-sena 389, ta’ 64 sena. Hu ukoll huwa Duttur tal-Knisja.

San Girgor hu wieħed mit-tliet teoloġi l-kbar tal-Kappadoċja, kolonni tal-Knisja fi żmienu flimkien ma’ ħabibu San Bażilju u San Girgor ta' Nissa (ħu San Bażilju). Hu magħruf bħala d-Duttur tat-Trinita’. Kien hu l-ewwel wieħed li sejjaħ lill-Madonna “Omm Alla”.