Sacha Distel
Sacha Distel | |
---|---|
Ħajja | |
Isem propju | Alexandre Sacha Distel |
Twelid | 13th arrondissement of Paris (en) , 29 Jannar 1933 |
Nazzjonalità | Franza |
Mewt | Rayol-Canadel-sur-Mer (en) , 22 Lulju 2004 |
Post tad-dfin |
Distel Family Estate Grounds (en) Rayol-Canadel-sur-Mer (en) |
Kawża tal-mewt | kawżi naturali (kanċer) |
Familja | |
Familja |
uri
|
Edukazzjoni | |
Alma mater | Lycée Claude-Bernard (en) |
Lingwi | Franċiż |
Okkupazzjoni | |
Okkupazzjoni |
kitarrist kompożitur kantant mużiċist tal-jazz jazz guitarist (en) attur artist diskografiku kantawtur |
Impjegaturi | Versailles (en) |
Premjijiet |
List
|
Sħubija | Bobby Jaspar All Stars Band (en) |
Psewdonomu | Sacha |
Moviment artistiku | jazz |
Strument/i tal-mużika |
kitarra vuċi |
Tikketta tar-reġistrazzjoni |
Philips Records (en) RCA Victor Polydor Records (en) EMI (mul) Carrère (en) |
Alexandre " Sacha " Distel (29 ta' Jannar 1933 - 22 ta' Lulju 2004) kien kantant, kitarrist, kittieb u attur Franċiż li kiseb suċċess popolari bil-verżjoni tiegħu tal-kanzunetta Raindrops Keep Falling on My Head fl-1970, li laħqet in-numru 10 fil-klassfika tad-disk fir-Renju Unit.[1][2] Inħatar Chevalier (Kavallier) tal-Legion d'honneur fl-1997.[3] Huwa kien kiseb ukoll suċċess bħala kittieb tal-kanzunetti meta Tony Bennett irrekordja l-kanzunetta ta’ Sacha The Good Life fl-1963. Din telgħet sat-18-il post tal-Billboard's Hot 100 chart u Top 10 tal-Easy Listening.
Karriera
[immodifika | immodifika s-sors]Distel kien iben l-emigrant Russu-Franċiż Léonide Distel li twieled f'Odessa (Imperu Russu) u l-pjanista Lhudija Franċiża Andrée Ventura (1902–1965), imwielda f'Kostantinopli.[4] Zijuh kien il-bandleader Ray Ventura.[5] Wara li Ventura stabbilixxa ruħu f’Pariġi mal-orkestra tiegħu Les Collégiens, Distel qaleb millpjanu u għall-kitarra bħala l-istrument prinċipal tiegħu.[6]
Matul il-karriera tiegħu, Distel ħadem ma' Kenny Clarke, Jimmy Gourley, Lionel Hampton, Slide Hampton, Bobby Jaspar, Barney Kessel, John Lewis, Pierre Michelot, Bernard Peiffer, Henri Renaud, Fats Sadi, Art Simmons, Martial Solal, René Urtreger, u Barney Wiltreger.[7]
Ħajja personali
[immodifika | immodifika s-sors]Distel kellu relazzjoni mal-attriċi Brigitte Bardot fl-1958, wara li stedinha għall-festa ta' għeluq sninu f'Saint-Tropez.[8] Ir-relazzjoni ntemmet fl-1959. [8] Huwa żżewweġ liċ-champion tal-iskijjar Olimpiku Francine Bréaud fl-1963.[8] Distel stqarr pubblikament li baqa’ fidil lejn martu matuall ħajtu: “Kull ħaġa li rrid f’mara nista’ nsbha d-dar”.[8]
Distel miet bil-kanċer fl-età ta' 71 sena fit-22 ta' Lulju 2004 fid-dar ta' ommu f'Rayol-Canadel, ħdejn Saint-Tropez, Franza.[9] F'intervista xahar wara l-mewt ta' Distel, l-armla tiegħu Francine qalet li kienet taf bl-infedeltà tiegħu: "Kont naf li kien se jiġri hekk u kont naf li kien se jgħaddi kollox." [10]
Diskografija
[immodifika | immodifika s-sors]- Afternoon in Paris ma' John Lewis (Atlantic, 1957)
- Everybody Loves the Lover (Philips, 1961)
- From Paris with Love (RCA Victor, 1962)
- Les Filles Moi J'Aime Ca! (RCA, 1963)
- The Good Life (Kapp, 1969)
- Back to Jazz ma' Slide Hampton (La Voix de Son Maitre, 1969)
- Sacha Distel (Warner Bros., 1970)
- Close to You (Warner Bros., 1970)
- More and More (Warner Bros., 1971)
- Love Music (Polydor, 1973)
- Swing with Sacha Distel (Contour, 1973)
- Love Is All (Pye, 1976)
- Forever and Ever (Carrere, 1978)
- From Sacha with Love (Mercury, 1979)
- Amour Tout Court (DRG, 1982)
- My Guitar and All That Jazz (Pablo, 1983)
- Move Closer (Towerbell, 1985)
- Ecoute Mes Yeux (Arcade Music, 1998)
- But Beautiful (Mercury Records, 2003)
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ UK Hits Singles 1952-2004 by Graham Betts
- ^ Roberts, David (2006). British Hit Singles & Albums (19th ed.). London: Guinness World Records. p. 157. ISBN 1-904994-10-5.
- ^ "Ordre De La Legiion D'honneur Décret du 31 décembre 1996". JORF (bil-Franċiż). 1997.
- ^ "Sacha Distel". The Telegraph. 22 July 2004. Miġbur 27 November 2018.
- ^ Harris, Craig. "Sacha Distel". AllMusic. Miġbur 27 November 2018.
- ^ "La découverte du bebop". Sacha Distel Official Myspace. Arkivjat minn l-oriġinal fl-3 August 2009. Miġbur 2 July 2009.
- ^ Kernfeld, Barry (2002). The New Grove Dictionary of Jazz. 1 (2nd ed.). New York: Grove's Dictionaries. p. 619. ISBN 1-56159-284-6.
- ^ a b ċ d Leigh, Spencer (24 July 2005). "Sacha Distel". The Independent. Miġbur 27 November 2018.
- ^ "Britain's favourite French crooner dies in St-Tropez". The Guardian. 23 July 2004. Miġbur 24 August 2021.
- ^ Randall, Colin (27 August 2004). "Why I accepted Sacha's string of affairs". The Telegraph. Miġbur 27 November 2018.