Söyembikä

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Söyembikä
reġġent

Ħajja
Twelid Khanat ta' Kazan, 1516
Mewt Moska, 1557
Familja
Missier Yosıf
Ulied
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni politiku

Söyembikä (spelluta wkoll Söyenbikä jew Sujumbike; pronunzjata [sœˌjœmbiˈkæ]; biċ-Ċirilliku: Сөембикә; twieldet fl-1516 – mietet wara l-1554) kienet mexxejja Tatara jew xanbikä. Kienet reġġenti ta' Kazan meta binha kien għadu minorenni mill-1549 sal-1551.

Ħajja[immodifika | immodifika s-sors]

Söyembikä kienet bint nobbli ta' Nogay, Yosıf bäk, u l-mara ta' Canğäli (1533-1535), Safagäräy (1536-1549) u Şahğäli (wara l-1553). Fl-1549 hija saret reġġenti ta' binha, il-khan ta' Kazan, Ütämeşgäräy, sakemm kien għadu minorenni.

Fl-1551, wara l-ewwel ħakma parzjali tal-Khanat ta' Kazan minn Ivan it-Terribbli hija ġiet imġiegħla tittrasferixxi ruħha lejn Moska flimkien ma' binha u iktar 'il quddiem iżżewġet lil Şahğäli, il-khan impost mir-Russja tat-Tatari ta' Qasim u ta' Kazan.[1]

Leġġenda dwar is-suwiċidju[immodifika | immodifika s-sors]

Hija kienet eroina nazzjonali tat-Tatarstan. Isimha huwa assoċjat l-ewwel u qabel kollox mat-Torri ta' Söyembikä, peress li jingħad li Ivan it-Terribbli ried jiżżewiġha, u għaldaqstant qablet li jekk jibnilha torri magħmul minn seba' sulari (wieħed għal kull jum tal-ġimgħa), imbagħad tiżżewġu. Ivan it-Terribbli jingħad li lesta t-torri fi żmien ġimgħa, u b'hekk Söyembikä telgħet sal-quċċata tat-torri u wara li ħarset fix-xefaq lejn raħal twelidha, Kazan, tant qanqlilha emozzjonijiet għall-poplu tagħha li ma felħitx li tiżżewweġ mal-ksar u qabżet mit-torri għal isfel. Madankollu, id-data reali ta' mewtha, u l-qabar tagħha, mhumiex magħrufa.[2]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Сөембикә". Tatar Encyclopaedia (bit-Tatari). Kazan: The Republic of Tatarstan Academy of Sciences. Institution of the Tatar Encyclopaedia. 2002.
  2. ^ Kefeli, Agnes (2008). Smith, Bonnie G. (ed.). The Oxford Encyclopedia of Women in World History. Oxford [England]: Oxford University Press. ISBN 9780195148909.