Aqbeż għall-kontentut

Robert Tappan Morris

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Robert Tappan Morris
Ħajja
Twelid Massachusetts (mul) Ittraduċi, 8 Novembru 1965 (60 sena)
Nazzjonalità Stati Uniti tal-Amerka
Familja
Missier Robert Morris
Edukazzjoni
Alma mater Università ta' Harvard
Harvard School of Engineering and Applied Sciences (en) Ittraduċi
Massachusetts Institute of Technology (en) Ittraduċi
Università ta' Cornell
Delbarton School (en) Ittraduċi
Direttur tat-teżi H. T. Kung (en) Ittraduċi
Studenti dottorali Eddie Kohler (en) Ittraduċi
Douglas Seraphim James De Couto (mul) Ittraduċi
Jeremy Andrew Stribling (mul) Ittraduċi
Jinyang Li (mul) Ittraduċi
Alexander Siumann Yip (mul) Ittraduċi
Jacob Alo Strauss (mul) Ittraduċi
Jayashree Subramanian (mul) Ittraduċi
Neha Narula (mul) Ittraduċi
Silas Boyd-Wickizer (mul) Ittraduċi
Yandong Mao (mul) Ittraduċi
Maxwell Norman Krohn (mul) Ittraduċi
Emil Sit (mul) Ittraduċi
Frank Edward Dabek (mul) Ittraduċi
Athicha Muthitacharoen (mul) Ittraduċi
Benjie Chen (mul) Ittraduċi
Lingwi Ingliż
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni xjenzat informatiku
professur
Impjegaturi Massachusetts Institute of Technology (en) Ittraduċi
Premjijiet
List
Sħubija ACM (mul) Ittraduċi

Robert Tappan Morris (twieled fit-8 ta' Novembru 1965) huwa informatiku u imprenditur Amerikan. Hu hu l-iktar famuż għal Morris Worm, ikkunsidrat bħala l-ewwel worm tal-kompjuter li qatt sar.[1] Kawża ta' dan ġie pproċessat u sar l-ewwel persuna li ġie kkundannat taħt l-Att tal-Frodi u Abbuż fuq il-Kompjuter.[2]

Morris twieled fl-1965 minn Robert Morris u Anne Farlow Morris. Missieru kien informatiku f'Bell Labs, fejn għen jiddisinja s-sistemi operattivi ta' Multics u Unix. Morris attenda l-Università ta' Harvard, u aktar tard daħal bħala student gradwat fl-Università ta' Cornell. Fl-ewwel sena tiegħu hu kiteb worm tal-kompjuter li wasslet biex ħarbat diversi kompjuters fis-snin tal-bidu tal-internet. Din wasslitu quddiem il-qorti sena wara.

Il-worm ta' Morris ġie żviluppat fl-1988 waqt li kien jattendi l-Università ta' Cornell.[2] Hu stqarr li kien iddisinjat biex jara d-daqs tal-internet. Il-worm tnieda minn MIT, minflok Cornell.[2] Dan il-worm sfrutta numru ta' dgħufijiet sabiex jidħol fis-sistemi mixtieqa, fosthom:

  • żball fis-sendmail, il-programm użat biex jamministra l-posta elettronika;
  • żball fil-finger, li jippermetti li jiġi esegwit kodiċi remot;
  • programm li jippermetti li wieħed jara informazzjoni dwar utent tas-sistema permezz ta' RSH.

Il-worm kien ipprogrammat sabiex jiċċekkja kull kompjuter li jsib jekk l-infezzjoni seħħitx diġà. Madanakollu, Morris ħaseb li xi amministraturi jistgħu jegħlbu lil dan il-worm billi jagħtu struzzjonijiet lill-kompjuter sabiex jirraporta falz pożittiv. Biex jikkumpensa għal din il-possibilità, Morris għamel li l-worm jikkopja lilu nnifsu xorta waħda irrelevanti mir-rispons tal-interrogazzjoni dwar l-istat tal-infezzjoni.

Dan il-livell ta' persistenza wassal għal tagħbijiet li mhux biss ġabu l-attenzjoni tal-amministraturi tas-sistemi, imma fixklu l-kompjuters immirati. Matul il-ġuri, ġie stmat li l-ispiża ta' "telfien ta' produttività" kawża tal-worm u l-isforzi sabiex jitneħħa mis-sistemi kien ta' bejn $200 u $53,000.[2]

  1. Kehoe, Brendan P. "The Robert Morris Internet Worm" (bl-Ingliż). MIT.
  2. 1 2 3 4 "US v. Morris, 928 F. 2d 504 - Court of Appeals, 2nd Circuit 1991" (bl-Ingliż). Google Scholar.

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]