Pornografija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Il-Pornografija, kollokjalment "Porn", (mill-Grieg πορνογραφια, litteralment "kitba dwar il-prostituti") hija r-raffigurazzjoni ta' suġġetti sesswali espliċiti għal skopijiet ta' eċitament sesswali.

F'dawn l-aħħar għexieren ta' snin, l-industrija tal-produzzjoni u konsumazzjoni ta' pornografija uriet tkabbir sostanzjali; dan minhabba l-użu iktar ta' spiss ta' vidjos (VCR), id-'DVD' ul-Internet, kif ukoll permezz tal-bdil f'xi attitudnijiet soċjali, li saru jippermettu u jittolleraw iktar xbihat ta' natura sesswali.

Il-protagonisti fil-pornografija huma magħrufin bħala atturi pornografiċi, iżda t-titlu iktar magħruf ta' "Stilel tal-Porn", jew aħjar "Pornstars" jintuża spiss ukoll. Dawn l-atturi huma meqjusa bhala differenti fil-kwalitajiet mill-atturi tal-films tas-soltu. Bl-Internet, saret ħafna iktar popolari il-pornografija amatorjali, jiġifieri mhux professjonali, u issa hija ġeneralment mqassma b'xejn.

Storja tal-Pornografija[immodifika | immodifika s-sors]

Ir-rappreżentazzjoni tal-atti sesswali hija qadima daqs il-bidu taċ-ċivilizazzjoni (u tista' tinstab mpenġija fuq diversi strutturi qodma), iżda l-kunċett tal-pornografija kif inhu magħruf illum ma kienx jeżisti qabel l-era tar-Reġina Vitorja tal-Ingilterra. Qabel dak iż-żmien, minkejja li xi atti tas-sess kienu regolati u stipulati bil-liġijiet, il-ħars lejn oġġetti jew stampili juruhom ma kinitx. F'xi każijiet, kotba speċifiċi, tnaqqix jew kollezzjonijiet ta' stampi kienu ċċensurati jew kontra l-liġi, iżda ir-rutina li toħloq liġijiet li jagħmlu restrizzjonijiet fuq ir-rapreżentazzjoni ta' materjal sesswalment espliċitu in ġenerali kienet idea Vittorjana. Meta tħaffir estensiv sar fuq Pompej fl-1860, ħafna mill-arti erotika ta' żmien ir-Rumani instabet. Din l-iskoperta ixxukkjat lil Vittorjani li kienu jaraw lilhom infushom bħala l-werrieta intellettwali tal-Imperu Ruman. Ma kienux jafu kif japprezzaw ir-rappreżentazzjonijiet krudi tas-sesswalita', u ħadmu bla mittiefsa biex jaħbuhom minn kulħadd ħlief il-kittieba u dutturi ta' klassi soċjali għolja. L-oġġetti li setgħu jiġu mċaqalqa issakkru fil-Mużew Sigriet ta' Napli, l-Italja, mentri dawk li ma setgħux jiġu mċaqalqa tgħattew u ġew isseparati sabiex ma jikkorrompux is-sensittivita' tan-nisa, tfal u l-klassi soċjali tal-ħaddiema. Mhux wisq wara, l-ewwel liġi dinjija li ħadet ħsieb il-kriminalizazzjoni tal-pornografija issawret mill-Parlmament tar-Renju Unit fl-1857 fl-Obscene Publications Act (l-Att tal-Publikazzjonijiet Oxxeni). L-attitudni Vittorjana li l-pornografija kienet biss għal dawk il-ftit magħżula tidher sew fil-kelmiet tal-Hicklin Test f'każ tal-qorti fl-1868, meta il-qorti tistaqsi, "jekk it-tendenza tal-każ meqjus bhala oxxenità huwiex sabiex jiddepremi u jikkorompi dawk li moħħhom huma miftuħa għal influwenzi immorali ta' dan it-tip." Minkejja is-soppressjoni tagħhom, rapreżentazzjonijiet ta' stampi erotiċi kienu komuni ħafna tul l-istorja tad-dinja.

Forom ta' Pornografija[immodifika | immodifika s-sors]

Il-pornografija tiġi f'diversi forom differenti. L-ewwel nett issib id-differenza bejn "Softcore" li huwa materjal eħfef fejn il-ġenitali ma jidhrux, u "Hardcore", materjal ferm iktar espliċitu, li jistgħu anke jwasslu sa estremi.

Hemm diversi stili, bħal pereżempju skond l-orjentazzjoni sesswali, (Eterosesswali, Bisesswali jew Omosesswali), jew bir-razza (Bjondi, Suwed, Ażjatiċi, eċċ.), fost ħafna oħrajn.

L-Industrija tal-Pornografija[immodifika | immodifika s-sors]

Illum teżisti industrija sħiħa tal-Pornografija, fejn jiġi prodott materjal pornografiku għal skopijiet kummerċjali. Għalkemm riċerka federali fl-Istati Uniti fl-1970, kienet irrappurtat li l-valur totali tal-pornografija Hardcore huwa ta' $10 miljun, fl-1998 riċerka minn Forrester Research sabet li d-dħul mill-kontenut għall-kbar kien bejn $750 miljun u biljun dollaru. Huwa ferm diffiċli tistipula figura eżatta speċjalment minħabba l-fatt li ħafna miċ-ċaqlieq fis-suq tal-pornografija jsir fuq l-idejn, fi-Suq l-Iswed (li ma jidhirx).

Atturi famużi[immodifika | immodifika s-sors]

L-Industrija Pornografika tal-lum ħarġet xi atturi famużi bħal Gianna Michaels, Nikki Benz, Shyla Stylez, Peter North u Shawn Rees (magħruf aħjar bħala il-MILF Hunter) u saħansitra leġġendi bħal Rocco Siffredi u Jenna Jameson, li hija meqjusa bħala r-Reġina tal-Porn.

Maltin ta' nota kienu t-tewmin Mary u Madeleine Collinson, li kienu l-ewwel tewmin li dehru fuq il-magażin popolari Playboy, kif ukoll Edwige Fenech, li kienet ħadet sehem f'divesi kummiedji erotiċi taljani.