Aqbeż għall-kontentut

Poddata

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
A podcast being played through a podcast app on an iPhone
Il-poddata Serial qed tindaqq permezz tal-app Apple Podcasts fuq iPhone

Poddata hija programm disponibbli f'format diġitali li jista' jitniżżel mill-Internet.[1][2][3] Ngħidu aħna, serje ta' episodji ta' fajls tal-ħoss diġitali li utent jista’ jniżżel fuq tagħmir personali biex jismagħhom meta jixtieq. Għalkemm il-biċċa l-kbira tal-poddati jixxandru bħala ħoss biss, xi programmi jittellgħu wkoll bil-filmati magħhom.[4] L-apps tax-xandir bl-internet u s-servizzi tal-poddatti huma sistemi komdi biex minn post wieħed, wieħed jieħu ħsieb għadd ta' sensiliet għall-konsum personali li ġejjin minn għadd sorsi ta’ poddati u tagħmir tad-daqq. Hemm ukoll servizzi tat-tiftix tal-poddati li jgħinu lill-utenti jsibu u jaqsmu episodji partikolari ta' xi poddata.[5]

Serje ta’ poddati normalment fiha preżentatur rikorrenti wieħed jew aktar involuti f’diskussjoni dwar suġġett partikolari jew avveniment kurrenti. Diskussjoni u kontenut f'poddata jistgħu jvarjaw minn dawk mibnija fuq skript bir-reqqa għal dawk kompletament improvizzati. Il-podcasts jgħaqqdu produzzjoni ta' ħoss elaborata u artistika ma' tħassib tematiku li jvarja minn riċerka xjentifika għal ġurnaliżmu popolari. Ħafna serje ta’ poddati jintrabtu ma' website li toffri ħoloq u noti dwar il-produzzjoni, bijografiji tal-mistednin, traskrizzjonijiet, riżorsi addizzjonali, kummentarji, u kultant forum komunitarju ddedikat biex jiddiskuti l-kontenut tal-episodju.

L-prezz għall-konsumatur huwa baxx għax il-biċċa l-kbira tal-poddatti jistgħu jitniżżlu b'xejn. Xi poddati huma prodotti minn korporazzjonijiet jew sponsorjati, bl-inklużjoni ta' reklami kummerċjali. F'każijiet oħra, poddata tista' tkun impriża kummerċjali appoġġjata minn taħlita ta' mudell ta' abbonament imħallas u reklamar. Minħabba li l-kontenut tal-poddati spiss ikun b'xejn, dan il-format ħafna drabi huwa kklassifikat bħala wieħed li jfixkel il-mezzi konvenzjonali, b'mod partikulari fil-mudell ta' manteniment finanzjarju.

Poddata tinvolvi l-produzzjoni u d-distribuzzjoni ta' fajls awdjo, u xi drabi video, bl-użu ta' RSS feeds intenzjonati biex jinqraw mill-apparat tal-utenti abbonati. Il-produttur tal-poddata ħafna drabi jixrti dan is-servizz mingħand kumpaniji apposta, iżda mhux bilfors. Kumpaniji tal-hosting imbagħad iqassmu dawn il-fajls awdjo għal servizzi ta' streaming, bħal Apple u Spotify, li l-utenti jistgħu jisimgħu fuq l-ismartphones tagħhom jew mużika diġitali u plejers multimedjali, bħal iPhone.

F'Diċembru tal-2022, kien hemm mill-anqas 2,999,008 poddata b'152,596,784 episodju.[6]

It-terminu bl-Ingliż "podcast" huwa portmanteau ta' "iPod" u "broadcast". [7][8][9] L-aktar użu bikri tal-kunċett ta' "podcasting" ġie ntraċċat għall-kolumnista ta' The Guardian u ġurnalist tal-BBC Ben Hammersley,[10] li ħolqu fil-bidu ta' Frar 2004 waqt li kien qed jikteb artiklu għall-gazzetta The Guardian. [11] Il-kelma Maltija poddata ddaħħlet fl-ilsien Malti minn Toni Sant li huwa meqjus bħala l-ewwel produttur regolari tal-poddati bil-Malti sa mill-2005.[12] It-terminu intuża għall-ewwel darba fil-komunità tal-awdjobloggjar f'Settembru 2004, meta Danny Gregoire introduċieh f'messaġġ lill-lista tal-posta tal-iPodder-dev, [13] [14] minn fejn ġie adottat minn Adam Curry. [15] Minkejja l-etimoloġija, il-kontenut jista’ jiġi aċċessat permezz ta’ kwalunkwe kompjuter jew apparat simili li jista’ jilgħab fajls tal-midja. It-terminu "podcast" tfaċċa qabel iż-żieda ta' Apple ta' karatteristiċi tal-podcasting fl-iPod u s-software iTunes. [16] Xi sorsi ssuġġerew il-backrononym "portable on demand"[17] jew "play on demand"[18] għal POD biex tiġi evitata r-referenza indiretta għall-iPod. Dan l-użu ġie kkritikat bħala mill-bloggej teknoloġiku John Gruber.[19]

F'Settembru 2000,[20] il-manifattur tal-MP3 player bikri i2Go offra servizz imsejjaħ MyAudio2Go.com li ppermetta lill-utenti jniżżlu stejjer mill-aħbarijiet biex jisimgħuhom fuq PC jew MP3 player. Is-servizz kien disponibbli għal madwar sena sa ma spiċċa s-servizz ta' i2Go fl-2001.[21]

F'Ottubru 2000, il-kunċett tat-twaħħid ta' fajls tal-ħoss u tal-video f'RSS feeds ġie propost f'abbozz minn Tristan Louis.[22] L-idea ġiet implimentata minn Dave Winer, żviluppatur tas-software u awtur tal-format RSS.[23]

L-ippodjar, li darba kien metodu mhux magħruf għat-tixrid ta' informazzjoni awdjo, sar mezz rikonoxxut għad-distribuzzjoni ta' kontenut awdjo, kemm għal użu kummerjali jew personali. Il-poddati huma simili għal programmi tar-radju fil-forma, iżda jeżistu bħala fajls awdjo li jistgħu jindaqqu meta konvenjenti għas-semmiegħ, f'kull ħin u kullimkien.[24]

iPodderX, żviluppat minn August Trometer u Ray Slakinski, kienet l-ewwel applikazzjoni li għamlet dan il-proċess fattibbli. [25] Sal-2007, il-poddati tal-awdjo kienu qed jagħmlu dak li kien storikament miksub permezz ta’ xandiriet tar-radju, li kienu s-sors ta’ programmi ta’ taħditiet bir-radju u programmi tal-aħbarijiet sa mis-snin tletin tas-seklu 20. Din il-bidla seħħet bħala riżultat tal-evoluzzjoni tal-kapaċitajiet tal-internet flimkien ma' aċċess akbar tal-konsumatur għal hardware u software orħos għar-reġistrazzjoni u l-editjar tal-awdjo.[24]

F'Awwissu 2004, Adam Curry nieda l-poddata tiegħu Daily Source Code. Din kienet iffukata fuq il-kronika tal-ħajja tiegħu ta’ kuljum, b'aħbarijiet u diskussjonijiet dwar l-iżvilupp tal-ippodjar, kif ukoll il-promozzjoni ta’ poddati ġodda u emerġenti. Curry ħoloqha f'attentat biex ikattar l-iżvilupp ta' dak li qed jiġi magħruf bħala podcasting u bħala mezz ta' ttestjar tas-software barra mill-ambjent tal-laboratorju. L-isem Daily Source Code intgħażel bit-tama li jattira udjenza b'interess fit-teknoloġija. [26][27] Daily Source Code kienet inizjalment dirett lejn l-produtturi tal-poddati. Hekk kif membri tal-udjenza ġew ispirati biex joħolqu u jipproduċu l-proġetti tagħhom stess, bħala riżultat tejbu l-kodiċi użat biex joħolqu poddati. Hekk kif aktar nies tgħallmu kemm kien faċli li jipproduċu l-poddati, malajr dehret komunità ta’ poddejja pijunieri.[28]

F'Ġunju 2005, Apple ħarġet iTunes 4.9, li offra appoġġ formali għall-poddati, u b'hekk neħħa l-ħtieġa li jintuża programm separat sabiex tniżżel u tittrasferihom għal apparat mobbli. Għalkemm dan għamel l-aċċess għall-poddati aktar konvenjenti u mifrux, temm ukoll b'mod effettiv l-avvanz tal-hekk imsejħa "podcatchers" minn żviluppaturi indipendenti. Barra minn hekk, Apple ħarġet ordnijiet jien jitwaqqfu u jitneħħew il-ħafna żviluppaturi tal-applikazzjonijiet tal-poddati u fornituri tas-servizz li kien illegalment qed jużaw it-terminu "iPod" jew "Pod" fl-ismijiet tal-prodotti tagħhom.[29]

Il-logo użat minn Apple biex jirrappreżenta l-poddati fis-sistemi tagħhom

Skont kalkoli mill-2019, l-industrija tal-poddati ftit li xejn għadha ġġenerat dħul ġenerali,[30] għalkemm in-numru ta’ persuni li jisimgħu l-podczgi qed ikompli jikber b’mod kostanti. Edison Research, li toħroġ ir-rapport tat-traċċar Podcast Consumer kull tliet xhur, tistma li fl-2019, 90 miljun persuna fl-Istati Uniti kienu semgħu poddata fl-aħħar xahar.[31] Fl-2020, 58% tal-popolazzjoni tal-Korea t'Isfel u 40% tal-popolazzjoni Spanjola kienu semgħu poddata fl-aħħar xahar. 12.5% tal-popolazzjoni tar-Renju Unit kienet semgħet poddata fl-aħħar ġimgħa u 22% tal-popolazzjoni tal-Istati Uniti tisma’ mill-inqas poddata kull ġimgħa.[32] Il-format huwa magħruf l-aktar minħabba l-ispejjeż relattivament baxxi għal min jipproduċi l-poddati biex jibda u jżomm poddata għaddejja. Teħtieġ biss mikrofonu ta' kwalità tajba, kompjuter jew mobile u software assoċjat biex teditja u ttella' l-prodott finali. Dawk li joħloqu l-poddati għandhom tendenza li jkollhom għad ta' semmiegħa li jisimgħuhom għax joħolqu relazzjonijiet partikolari magħhom.[33]

Produzzjoni u smigħ

[immodifika | immodifika s-sors]

Ġeneratur tal-poddati jżomm lista ċentrali tal-fajls fuq server bħala web feed li wieħed jista' jaċċessa permezz tal-Internet. Is-semmiegħa jew it-telespettaturi jużaw softwere speċjali għall-applikazzjoni tal-klijent fuq kompjuter jew media player li jaċċessa dan il-web feed, jiċċekkjah għal aġġornamenti, u jniżżel kull fajl ġdid fis-serje. Dan il-proċess jista' jiġi awtomatizzat biex tniżżel fajls ġodda awtomatikament, għalhekk jista' jidher lis-semmiegħa bħallikieku l-podutturi tal-poddati ixandruhom jew "jimbottaw" episodji ġodda għalihom. Fajls tal-poddati jistgħu jinħażnu lokalment fuq it-tagħmir tal-utent, jew jitqassmu direttament permezz ta' stream. Hemm diversi apps differenti tal-mobile li jippermettu lin-nies isegwu u jisimgħu l-poddati. Ħafna minn dawn l-apps jippermettu lill-utenti jniżżlu poddati jew jistreamjawhom meta jridu huma. Il-biċċa l-kbira tal-plejers jew l-apps tal-poddati jippermettu lis-semmiegħa jaqbżu f'liema parti tal-poddata jridu u jikkontrollaw il-veloċità tad-daqq ukoll.[34]

Il-poddati jitqiesu bħala media konverġenti[35] (mezz li jgħaqqad flimkien l-awdjo, il-web u media players portabbli), kif ukoll teknoloġija ta’ tfixkil li wasslet għal xi individwi fix-xandir bir-radju biex jerġgħu jikkunsidraw prattiki u prekunċetti stabbiliti dwar udjenzi, konsum, produzzjoni u distribuzzjoni.[36]

Il-poddati jistgħu jiġu prodotti bi spiża żgħira jew b'xejn u ġeneralment jitqassmu mingħajr ħlas. Dan jiddistingwi dan il-mezz mill-mudell tradizzjonali tas-seklu 20 ta' midja rregolata u l-għodod ta' produzzjoni tagħhom.[36] Il-produtturi tal-poddati xorta jistgħu jagħmlu l-flus mill-poddati tagħhom billi jbiegħu ippermettu ħin għar-reklami. Jistgħu wkoll jiġbru appoġġ mis-semmiegħa permezz ta’ websites ta’ crowdfunding bħal Patreon, li jipprovdu extras u kontenut speċjali jew eskulussiv lis-segwaċi tagħhom bi ħlas.

Tipi ta' poddati

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-poddati ivarjaw fl-istil, il-format u l-kontenut attwali. Il-poddati huma parzjalment imfassla fuq ġeneri tal-media preċedenti iżda jitbiegħdu minnhom b'mod sistematiku f'ċerti aspetti stilistiċi.[37][38] Il-konvenzjonijiet u r-restrizzjonijiet li jirregolaw dawk il-varjazzjoni jvarjaw maż-żmien skont is-swieq li fihom tkun ippreżentata l-poddata; Is-semmiegħa tal-poddati għandhom diversi preferenzi ta’ stili iżda l-konvenzjonijiet biex jindirizzawhom u jikkomunikaw dwarhom għadhom mhux stabbiliti.[39] Xi eżempji attwali ta' tipi ta' poddati huma ppreżentati hawn taħt. Din il-lista x'aktarx tinbidel hekk kif jitfaċċaw tipi ġodda ta' kontenut, teknoloġija ġdida għall-konsum tal-poddati, u każijiet ta' użu ġodda.[40]

Poddati mtejba

[immodifika | immodifika s-sors]

Poddata mtejba, magħruf ukoll bħala enchanced podcast jew slidecast, hija tip ta' poddata li tgħaqqad l-awdjo ma' preżentazzjoni ta' slide show. Din simili għal poddata bil-video fis-sens li tgħaqqad immaġini ġenerati dinamikament mas-sinkronizzazzjoni tal-awdjo, iżda differenti peress li juża software tal-preżentazzjoni (bħal PowerPoint jew Keynote, fost oħrajn) biex toħloq ix-xbihat u s-sekwenza tal-wiri separatament mill-ħin tar-reġistrazzjoni oriġinali tal-poddata tal-awdjo.[41] Id-Dizzjunarju Ħieles, YourDictionary, u PC Magazine jiddefinixxu poddata mtejba bħala "slide show elettroniku mogħtija bħala poddata".[42][43][44] Poddati mtejba huma poddati li jinkorporaw grafika u kapitli.[45][46][47][48] iTunes żviluppaw karatteristika mtejba tal-poddati msejħa "Audio Hyperlinking" li huma pprivattizaw fl-2012.[49][50][51] Poddati mtejba jistgħu jintużaw għall-kummerċ jew fl-edukazzjoni.[52][53][54] Podcasts mtejba ntużaw għall-ewwel darba fl-2006[55] iżda l-popolarità tagħhom jidher li naqset hekk kif żid l-użu tal-poddati regolari bil-video.

Poddati tal-finzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Poddata tal-finzjoni (imsejjaħ ukoll "fiction podcast" jew "awdjo-drama")[56] hija simili għal radjudrama, iżda f'forma ta' poddata. Dawn iwasslu storja fittizja, normalment miġbura fuq episodji u aktar minn staġun wieħed, billi jużaw għad ta' atturi tal-vuċi, djalogu, effetti tal-ħoss, u mużika biex jarrikkixxu l-istorja.[57] Il-poddati ta' finzjoni fl-Istati Uniti ġibdu għadd ta’ atturi magħrufa biex jieħdu sehem fihom, inklużi Demi Moore u Matthew McConaughey,[58] kif ukoll minn produtturi tal-kontenut bħal Netflix, Spotify, Marvel, u DC Comics.[59][60][61] Filwaqt li l-fantaxjenza u l-biża huma ġeneri pjuttost popolari, il-poddati tal-finzjoni jkopru firxa sħiħa ta’ ġeneri letterarji minn rumanzi, kummiedja, u drama għal fantasija, sci-fi u stejjer tad-detectives. Eżempji ta’ poddati ta' finzjoni jinkludu The Bright Sessions, The Magnus Archives, Homecoming, Wooden Overcoats, We're Alive u Wolverine: The Long Night. Din it-tip ta' poddata ma teżistix bil-Malti, aktarx għax tqum ferm aktar biex tinħoloq minn tipi oħra ta' poddati.

Poddati tar-rumanzi

[immodifika | immodifika s-sors]

Poddata ta' rumanz (magħruf ukoll bħala "ktieb awdjo") hija forma letterarja li tgħaqqad il-kunċetti ta' poddata u ktieb awdjo. Bħal rumanz tradizzjonali, poddata ta' rumanz huwa xogħol ta’ finzjoni letterarja; madankollu, din hija rreġistrata f'episodji li jitwasslu online fuq perjodu ta' żmien. L-episodji jistgħu jitwasslu awtomatikament permezz ta' RSS jew permezz ta' website, blog, jew metodu ieħor ta' sindikazzjoni. Episodji jistgħu jiġu maħruġa fuq skeda regolari, eż, darba fil-ġimgħa, jew b'mod irregolari hekk kif kull episodju jitlesta. Bl-istess mod bħall-kotba-awdjo, xi poddati tar-rumanzi huma ppreżentati b'mod elaborat b'effetti tal-ħoss u atturi tal-vuċi separati għal kull karattru, simili għal dramm bir-radju jew poddati tal-finzjoni, iżda ħafna għandhom narratur jew qarrej wieħed u ftit jew xejn effetti tal-ħoss.[62]

Xi rumanziera jagħtu verżjoni poddata tal-ktieb tagħhom b'xejn bħala forma ta' promozzjoni.[63] Xi drabi, rumanzi bħal dawn kisbu kuntratti ta' pubblikazzjoni biex ir-rumanzi tagħhom jiġu stampati. [64] Xi rumanziera li jagħmlu l-poddati jgħidu li l-poddati tar-rumanzi tagħhom jippermettulhom isibu udjenzi anki jekk pubblikatur ma jixtrix il-kotba tagħhom. Dawn l-udjenzi xi drabi jagħmluha aktar faċli li jiġi żgurat ftehim ta' stampar aktar tard. Dawn ir-rumanziera jsostnu wkoll li ħruġ ta' poddati b'xejn jagħmel tajjeb biex isiru magħrufa.[65]

Poddati bil-vidjo

[immodifika | immodifika s-sors]

Poddata bil-video tinħadem bl-istess mod ta' poddata awdjo, iżda fiha ukoll kontenut bil-video. Is-serje tat-televiżjoni tal-web huma spiss ippreżentati bħala poddati bil-vidjo. Dead End Days, serje komika dwar zombies maħruġa bejn il-31 ta' Ottubru 2003 u l-2004, hija komunement meqjusa bħala l-ewwel poddata bil-video.[66] Mużika Mod Ieħor ta' Toni Sant kienet l-ewwel poddata Maltija bil-video maħruġa permezz tal-YouTube.[67]

Numru ta’ poddati huma rrekordjati totalment jew għal episodji speċifiċi quddiem udjenza. Il-bejgħ tal-biljetti jipprovdi lill-produtturi mod addizzjonali ta' qliegħ.

L-episodji tal-poddati huma maħżuna u kodifikati b'mod mifrux f'format awdjo diġitali mp3 u ospitati fuq webserver dedikat jew kondiviż.[68][69] Is-sindikazzjoni tal-episodji tal-poddati fuq diversi websites u pjattaformi hija bbażata fuq RSS feeds, fajl ifformattjat XML li jiċċita informazzjoni dwar l-episodju u l-poddata nnfisha.[68]

L-aktar tagħmir bażiku meħtieġ biex tinħoloq poddata huwa kompjuter u mikrofonu. Jgħin li jkollok kamra sound-proof u headphones. Il-kompjuter irid ikollu software għar-reġistrazzjoni tal-ħoss jew applikazzjoni tal-istreaming installata.[70] Mikrofoni tipiċi għall-poddati huma konnessi bl-użu tal-USB.[71] Jekk il-poddata tinvolvi żewġ persuni jew aktar, kull persuna teħtieġ mikrofonu, u interface awdjo USB hija meħtieġa biex tħallathom flimkien. Jekk il-poddata tinkludi video f'forma ta' livestreaming, allura jista' jkun hemm bżonn ta' webcam separata, u dawl addizzjonali.[71]

  1. https://dictionary.cambridge.org/dictionary/english/podcast. |title= nieqes jew vojt (għajnuna)
  2. "Definition of PODCAST". Merriam-Webster Dictionary. Miġbur April 20, 2023.
  3. "Podcast Definition & Meaning | Britannica Dictionary". britannica.com.
  4. "Video Podcast: How to Start a Podcast with Video in 5 Steps". riverside.fm. Miġbur 2023-02-21.
  5. Douglas, Nick (September 20, 2017). "The Best Podcast Search Engine". lifehacker. G/O Media Inc. Miġbur January 30, 2022.
  6. "Podcast Stats: How many podcasts are there?". Listen Notes (bl-Ingliż). Miġbur June 8, 2022.
  7. "Podcast Production". Harvard Graduate School of Education (bl-Ingliż). 2012. Arkivjat minn l-oriġinal fl-July 10, 2012. Miġbur July 10, 2012.
  8. "Definition of Podcast in English". Lexico (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 14, 2019. Miġbur August 16, 2021.
  9. Watson, Stephanie (March 26, 2005). "How Podcasting Works § Podcasting History". HowStuffWorks (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-July 16, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  10. Hammersley, Ben (February 12, 2004). "Why Online Radio Is Booming". The Guardian (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-June 21, 2020. Miġbur November 16, 2017.
  11. Sawyer, Miranda (November 20, 2015). "The Man Who Accidentally Invented the Word 'Podcast'" (MP3). BBC Radio 4 (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-April 2, 2019. Miġbur November 15, 2017.
  12. Carabott, Sarah (2022-01-02). "Ivvaċċinat to Gaħan - 10 Maltese words that we adopted in 2021". Times of Malta (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-02.
  13. Gregoire, Danny (September 12, 2004). "How to Handle Getting Past Episodes?". Yahoo Groups (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-April 13, 2013. Miġbur July 4, 2020.
  14. Owens, Simon (February 6, 2015). "Slate's Podcast Audience Has Tripled in a Year, and Its Bet on Audio Over Video Continues to Pay Off". Nieman Lab (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 6, 2020. Miġbur December 6, 2020.
  15. Levy, Steven (October 23, 2006). The Perfect Thing: How the iPod Shuffles Commerce, Culture, and Coolness (bl-Ingliż). Simon & Schuster. p. 239. ISBN 978-0-7432-8522-3. Arkivjat mill-orġinal fl-July 4, 2020. Miġbur July 4, 2020.
  16. "Apple Brings Podcasts Into iTunes". BBC News (bl-Ingliż). June 28, 2005. Arkivjat mill-orġinal fl-December 14, 2019. Miġbur November 15, 2017.
  17. Ricks, Byron (2007). "Create your own podcast: What you need to know to be a podcaster". Microsoft Windows. Arkivjat minn l-oriġinal fl-December 25, 2015. Miġbur July 15, 2020.
  18. Götting, Marie Charlotte (February 8, 2022). "Most commonly used apps for listening to podcasts among podcast listeners in the United States in 2019 and 2020". Statista. Miġbur March 4, 2022.
  19. Gruber, John (March 3, 2022). "The 'Pod' in 'Podcast'". daringfireball.net. Miġbur March 14, 2022.
  20. "I2Go eGo". Arkivjat minn l-oriġinal fl-February 24, 2020. Miġbur August 8, 2009.
  21. Credeur, Mary Jane (September 10, 2001). "2Go is gone after burning through $7 million". Atlanta Business Chronicle.
  22. Louis, Tristan (October 13, 2000). "Suggestion for RSS 0.92 Specification". groups.yahoo.com (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-October 31, 2013. Miġbur July 24, 2020.
  23. Pot, Justin (August 24, 2013). "The Evolution of the Podcast – How a Medium Was Born [Geek History]". MakeUseOf (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-December 6, 2020. Miġbur December 6, 2020.
  24. 1 2 Digital, Pinkston (March 2021). "Pinkston – The Rise of the Podcast". Pinkston (bl-Ingliż). Miġbur August 21, 2022.
  25. "Podcast". redOrbit (bl-Ingliż). March 16, 2013. Arkivjat minn l-oriġinal fl-June 30, 2013. Miġbur December 6, 2020.
  26. Geoghegan, Michael W.; Klass, Dan (November 4, 2007). Podcast Solutions: The Complete Guide to Audio and Video Podcasting (2nd ed.). New York: Apress. p. 4. ISBN 978-1-59059-905-1. Arkivjat mill-orġinal fl-August 20, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  27. Benson, Richard (November 14, 2019). "An Aural History of the Podcast: The History of the Podcast (By Those Who Helped Make Them a Thing)". Esquire Middle East (bl-Ingliż). Miġbur December 6, 2020.
  28. Ciccarelli, Stephanie (August 27, 2013). "The Origins of Podcasting". Voices.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-August 27, 2013. Miġbur November 29, 2021.
  29. Blass, Evan (September 24, 2006). "With "Pod" on Lockdown, Apple Goes After "Podcast"". Engadget (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-February 4, 2019. Miġbur November 15, 2017.
  30. Smith, Gerry (February 22, 2019). "Everybody Makes Podcasts. Can Anyone Make Them Profitable?". Bloomberg Businessweek. Bloomberg L.P. Arkivjat minn l-oriġinal fl-October 22, 2019. Miġbur December 20, 2019.
  31. Staff (April 5, 2019). "The Podcast Consumer 2019". edisonresearch.com. Edison Research. p. 8. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-November 26, 2019. Miġbur December 20, 2019.
  32. Sawyer, Miranda (May 3, 2020). "It's boom time for podcasts – but will going mainstream kill the magic?". The Observer (bl-Ingliż). ISSN 0029-7712. Miġbur May 3, 2020.
  33. "Podcasts: Can They Hear Us Now? - EContent Magazine". web.archive.org. 2019-07-16. Arkivjat mill-oriġinal fl-2019-07-16. Miġbur 2023-10-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  34. "How to Change Playback Speed of a Podcast Playing Too Fast or Too Slow – iPhone Life". April 6, 2017. Miġbur September 5, 2021.
  35. Berry, Richard (2020-07-04). "(PDF) Serial and ten years of podcasting: has the medium finally grown up? | Richard Berry - Academia.edu". web.archive.org. Arkivjat mill-oriġinal fl-2020-07-04. Miġbur 2023-10-28.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  36. 1 2 Berry, Richard (May 2006). "Will the iPod Kill the Radio Star? Profiling Podcasting as Radio". Convergence: The International Journal of Research into New Media Technologies (bl-Ingliż). 12 (2): 143–162.Manutenzjoni CS1: data u sena (link)
  37. Clifton, Ann; Reddy, Sravana; Yu, Yongze; Pappu, Aasish; Rezapour, Rezvaneh (2020). 100,000 Podcasts: A Spoken English Document Corpus. COLING 2020. International Committee on Computational Linguistics. pp. 5903–5917.
  38. Karlgren, Jussi (2022-08-11). "Lexical variation in English language podcasts, editorial media, and social media". Northern European Journal of Language Technology (bl-Ingliż). 8 (1).
  39. Martikainen, Katariina; Karlgren, Jussi; Truong, Khiet Phuong (2022). Exploring audio-based stylistic variation in podcasts. 23rd INTERSPEECH 2022 .Manutenzjoni CS1: lingwa mhix magħrufa (link)
  40. Karlgren, Jussi (2022-08-11). "Lexical variation in English language podcasts, editorial media, and social media". Northern European Journal of Language Technology (bl-Ingliż). 8 (1).
  41. Casteleyn, Jordi; Mottart, Andre (2010). "Slidecast yourself: Exploring the possibilities of a new online presentation tool". 2010 IEEE International Professional Communication Conference. pp. 255–261. doi:10.1109/IPCC.2010.5530021. ISBN 978-1-4244-8145-3.
  42. "enhanced podcast". TheFreeDictionary.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-March 13, 2016. Miġbur January 19, 2021.
  43. "Enhanced-podcast Meaning: Best 1 Definitions of Enhanced-podcast". www.yourdictionary.com (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-June 22, 2017. Miġbur January 19, 2021.
  44. "Definition of enhanced podcast". PC Magazine (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 22, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  45. Breen, Christopher (December 12, 2012). "How to Create Podcast Chapters". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 20, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  46. Breen, Christopher (March 28, 2013). "How We Produce Our Podcasts". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 30, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  47. Breen, Christopher (March 28, 2013). "Producing the Macworld Podcast". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 30, 2020. Miġbur January 19, 2021.
  48. Frakes, Dan (December 12, 2006). "Podcasting Presentations". Macworld (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-May 8, 2017. Miġbur January 19, 2021.
  49. Etherington, Darrell (August 8, 2013). "Apple Developing Audio Hyperlinks, A Way For Audio Streams To Link To Other Media Or Control Devices". TechCrunch (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-February 18, 2019. Miġbur January 19, 2021.
  50. Campbell, Mikey (August 8, 2013). "Apple's 'audio hyperlink' tech can control devices with inaudible sonic pulses". AppleInsider (bl-Ingliż). Miġbur January 24, 2021.
  51. "United States Patent Application: 0130204413". appft.uspto.gov. Arkivjat minn l-oriġinal fl-February 24, 2021. Miġbur January 24, 2021.
  52. Petricone, Elena. "Cast away: Incorporating slidecasts into your online presence can distinguish your business from competitors". Top Consultant (bl-Ingliż). Emerson Consulting Group. Arkivjat minn l-oriġinal fl-August 13, 2021. Miġbur January 2, 2021.
  53. Weller, Marxtin (April 29, 2012). "The Virtues of Blogging as Scholarly Activity". The Chronicle of Higher Education (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-January 19, 2021. Miġbur January 19, 2021.
  54. Reyna, Jorge; Stanford, Carole (2009). "Use of Slidecasts in Higher Education Settings: a Pilotproject" (PDF). Ascilite (bl-Ingliż). Arkivjat (PDF) mill-orġinal fl-September 14, 2018. Miġbur January 20, 2021.
  55. Morris, Tee; Terra, Evo; Williams, Ryan C. (January 7, 2008). "24". Expert Podcasting Practices For Dummies (bl-Ingliż). John Wiley & Sons. pp. 185–201. ISBN 978-0-470-25919-1.
  56. "So, What Is an Audio Drama?". Penn State University. September 13, 2019. Miġbur December 19, 2022.
  57. Skinner, Oliver (July 30, 2020). "Fiction Podcasts: The Medium Giving Rise to a New Generation of Audio Storytellers". Voices.com. Miġbur January 20, 2021.
  58. Kornelis, Chris (December 25, 2020). "From Demi Moore to Matthew McConaughey, Screen Stars Are Turning to Podcasts". The Wall Street Journal. Miġbur January 19, 2021.
  59. "Netflix Creates Its First Scripted Podcast, As An Extension To TV Show". Inside Radio. November 1, 2019. Miġbur January 20, 2021.
  60. White, Jordan (May 30, 2018). "Wolverine: The Long Night opens up the possibilities for a Marvel Podcast Universe". The Verge. Miġbur January 20, 2021.
  61. Jennings, Collier (July 18, 2020). "DC, Spotify Cut Deal for Multiple Scripted Podcast Series". CBR.com.
  62. Florin, Hector (2009-01-31). "Breaking News, Analysis, Politics, Blogs, News Photos, Video, Tech Reviews". Time (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2023-10-10. Parametru mhux magħruf |access-date= injorat (għajnuna)
  63. Cadelago, Chris (April 5, 2008). "Take My Book. It's Free". San Francisco Chronicle (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-October 22, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  64. Newman, Andrew Adam (March 1, 2007). "Authors Find Their Voice, and Audience, in Podcasts". The New York Times (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-November 23, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  65. Gaughran, David (September 5, 2011). ""Free" Really Can Make You Money – A Dialogue with Moses Siregar III". Let's Get Digital (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-October 14, 2011. Miġbur November 15, 2017.
  66. Ellis, Jessica (2008). "What is a Video Podcast?". Wise Geek (bl-Ingliż). Arkivjat mill-orġinal fl-August 9, 2020. Miġbur November 15, 2017.
  67. "Mużika Mod Ieħor ma' Toni Sant - YouTube". www.youtube.com. Miġbur 2023-10-28.
  68. 1 2 "Technical history of podcasting". Blubrry Podcasting (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-May 18, 2022. Miġbur May 29, 2022.
  69. Van De Walle, Dieter (July 5, 2021). "How to host and distribute a podcast". AudioHarvest (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-May 17, 2022. Miġbur May 29, 2022.
  70. Chan, Tim (2020-03-30). "How to Start a Podcast: 7 Things These Experts Say You'll Need" (bl-Ingliż). Miġbur 2023-10-28.
  71. 1 2 Hall, Parker. "Here's the Gear You Need to Start Your Own Podcast". Wired (bl-Ingliż).