Aqbeż għall-kontentut

Phascogale

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Phascogale
Phascogale tapoatafa
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Infraklassi: Marsupialia
Ordni: Dasyuromorphia
Familja: Dasyuridae
Sottofamilja: Dasyurinae
Ġeneru: Phascogale
Temminck, 1824
Speċi

Phascogale huwa ġeneru ta' mammiferi, l-marsupjali karnivori, eżattament il-Faskogali (għalkemm jissejħu ukoll bl-ismijiet ta' Tafa, Twan u Wambenger), tal-kontinent ta' l-Awstralja.

Dan il-ġeneru qiegħed klassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria (il-marsupjali kollha), fis-superordni Australidelphia (il-marsupjali Awstraljani kollha u l-kolokolo tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel), fl-ordni Dasyuromorphia (il-marsupjali karnivori tal-kontinent Awstraljan), fil-familja Dasyuridae, fis-sottofamilja Dasyurinae u fit-tribù Phascogalini ma' 6 ġeneri oħra, li huma Antechinus, Micromurexia, Murexechinus, Murexia, Paramurexia u Phascomurexia.

Il-ġeneru Phascogale jiġbor fiħ minn 2 sa 3 speċi (dan jiddependi ma' liema skema jew klassifikazjoni wieħed jimxi) estanti jew ħajjin u bid-daqs ta' far jew skojjatlu huma fost l-akbar speċi tat-tribù Phascogalini. It-tlett speċi li huma jinsabu mifruxin fuq il-kontinent gżira ta' l-Awstralja biss. Fin-numru ta' speċi huwa it-tieni l-akbar u l-aktar ġeneru ta' suċċess fit-tribù Phascogalini.

(għal aktar informazzjoni ara l-artikli Faskogal, Phascogalini, Dasyurinae, Dasyuridae jew Dasyuromorphia)

  • Groves, Colin (16 November 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds): Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4.
  • Ronald M. Nowak: Walker's Mammals of the World. Johns Hopkins University Press, Baltimore 1999. ISBN 0801857899.

Ħoloq Esterni

[immodifika | immodifika s-sors]