Aqbeż għall-kontentut

Manwel Magri

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Patri Manwel Magri)
Manwel Magri
Ħajja
Twelid Valletta, 27 Frar 1851
Nazzjonalità Malta
Mewt Sfax, 29 Marzu 1907
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni antropologu
arkeologu
kittieb

Patri Emmanwel Magri (Valletta, 27 ta' Frar 1851 - Sfax, 29 ta' Marzu 1907) kien etnografu, arkeologu u kittieb Malti.

Magri għamel kontribuzzjoni kbira bħala studjuż bil-kollezzjoni tal-ħrejjef u drawwiet tradizzjonali Maltin li ġabar. Ix-xogħol ta' Magri fl-aħħar tas-seklu 19 u l-bidu tas-seklu 20, salva għall-posterità ħafna materjal etnografiku li kieku kien jintilef permezz tal-modernizzazzjoni u l-firxa tal-edukazzjoni.

Patri Magri kien wieħed mill-pijunieri fl-arkeoloġija Maltija. Kien membru tal-ewwel kumitat biex imexxi l-Mużew ta' Malta flimkien ma' Antonio Annetto Caruana, Napuljun Tagliaferro u Temi Zammit. Patri Magri ħa ħsieb l-iskavi tal-Ipoġew ta' Ħal-Saflieni, Tempju Megalitiku fix-Xewkija (Għawdex), u għadd ieħor ta' siti f'Malta u Għawdex.

Magri daħal fis-Soċjetà ta' Ġesù fl-1871 u ġie ordnat fl-1881 f'Tortosa (Spanja), u ħa l-voti solenni fil-15 ta' Awwissu 1890, fl-Istanbul (it-Turkija). Bħala Ġiżwita għallem f'diversi Kulleġġi tal-Ġiżwiti f'Malta u t-Turkija. Serva wkoll bħala Assistent tal-Provinċjal ta' Sqallija (1898–1902) u bħala rettur tas-Seminarju ta' Għawdex (1902–1906). Magri miet f'daqqa fid-29 ta' Marzu 1907 fi Sfax fit-Tuneżija, fejn kien mar biex jipprietka l-eżerċizzi tar-Randan u jiċċelebra l-Għid għak komunità Maltija.

  • Briffa, Josef Mario
    • "Historical Introduction" f' E. Magri, Ruins of a Megalithic Temple at Xeuchia (Shewkiyah) Gozo. First report, ed. minn Charles Cini SDB, Malta: Salesians and Heritage Malta, 2009, pp. 6-9.
    • "Patri Manwel Magri u l-Ipoġew", Lil Ħbiebna, Novembru 2003, pp. 195-197.
    • "New Light on Fr Magri's exploration of the Hypogeum: Notes from correspondence with the British Museum.", Malta Archaeological Review, Ħarġa 6, 41-46. Malta, 2005.
  • Magri, Emmanuel*
    • X. Jgheid il Malti fuk misserijietna u-l g̃ganti mfisser mill Patri Manuel Magri,... Ganni Muscat, Malta 1904.
    • Three Punic Inscriptions re-discovered in Malta. Edited with translation and Commentary, Malta: Stamperija tal-Gvern, 1901.
    • Ruins of a Megalithic Temple at Xeuchia (Shewkiyah) Gozo. First report, Malta, 1906.
  • Mallia, Salv.
    • Manwel Magri S.J., Malta: Istitut Komunikazzjoni Soċjali, 1978
    • "Fr. Manwel Magri's Contribution to the Conservation of Malta's archaeological Heritage", Melita Historica 9 (1985), 145-169.
    • b"Fr. Magri and Conservation: a Postscript", Melita Historica 9 (1985), 245-246.
    • "Magri, Emmanuel (Manwel)", in Diccionario Histórico de la Compañia de Jesús III, 2472. Roma & Madrid, 2001.
  • Mifsud Chircop, George
    • Manwel Magri – Ħrejjef Missirijietna [edizzjoni kritika tal-ħrejjef ta' Magri] Malta, 1994.