Park Trinazzjonali ta' Sangha
Il-Park Trinazzjonali ta' Sangha (bil-Franċiż: Trinational de la Sangha, TNS) huwa foresta maqsuma bejn in-nazzjonijiet tar-Repubblika Ċentru-Afrikana, tal-Kamerun u tar-Repubblika tal-Kongo. Żdied fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012 minħabba l-bijodiversità straordinarja u l-komunitajiet bijoloġiċi uniċi tiegħu.[1][2] Is-sit jinkludi tliet parks nazzjonali jmissu ma' xulxin fi ħdan il-foresti tropikali umdużi tal-Afrika Ċentrali: il-Park Nazzjonali ta' Nouabalé-Ndoki fir-Repubblika tal-Kongo, il-Park Nazzjonali ta' Lobéké fil-Kamerun, u l-Park Nazzjonali ta' Dzanga-Ndoki fir-Repubblika Ċentru-Afrikana. Id-daqs kbir tas-sit u l-ammont relattivament limitat ta' deforestazzjoni fi ħdan it-tliet parks ippermettew lil speċijiet vulnerabbli bħall-iljunfanti tal-foresti Afrikani, il-gorilli, is-sitatunga, u ċ-chimpanzees joktru. Barra minn hekk, il-popolazzjonijiet ta' speċijiet ta' pjanti f'periklu kritiku bħall-Mukulungu huma protetti fi ħdan il-konfini tas-sit.
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Park Trinazzjonali ta' Sangha ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Sangha Trinational". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-18.
- ^ "Protected Wildlife Area In Africa Declared A World Heritage Site". HuffPost (bl-Ingliż). 2012-07-09. Miġbur 2024-01-18.