Aqbeż għall-kontentut

Park Nazzjonali Storiku

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Park Nazzjonali Storiku.

Il-Park Nazzjonali Storiku (bil-Kreole tal-Haiti: Pak nasyonal istorik, bil-Franċiż: Parc national historique) huwa park nazzjonali fil-Haiti li ġie stabbilit fl-1968. Jinsab f'Milot u tniżżel fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[1][2]

Il-park jikkonsisti b'mod prinċipali mill-fdalijiet tal-Palazz ta' Sans-Souci, iċ-Ċittadella ta' Laferrière u l-binjiet ta' Ramiers.[3]

Sit ta' Wirt Dinji

[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Park Nazzjonali Storiku – Ċittadella, Sans Souci, Ramiers ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1982.[1]

Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]

  1. ^ a b ċ "National History Park – Citadel, Sans Souci, Ramiers - UNESCO". whc.unesco.org. Miġbur 2024-12-15.
  2. ^ "National History Park | For UNESCO World Heritage Travellers". www.worldheritagesite.org. Miġbur 2024-12-15.
  3. ^ "Protected Planet | La Citadelle, Sans Souci, Ramiers". Protected Planet. Miġbur 2024-12-15.