Pajsaġġi Kulturali ta' Bassari, Fula u Bedik
Il-Pajsaġġi Kulturali ta' Bassari, Fula u Bedik (bil-Franċiż: Paysages culturels Bassari, Peul et Bédik) jinsabu fix-Xlokk tas-Senegal u huma pajsaġġ multikulturali ppreservat sew li feġġ mill-interazzjoni bejn l-attivitajiet umani u l-ambjent naturali. Jikkonsisti minn tliet żoni ġeografiċi: iż-żona ta' Bassari–Salémata, iż-żona ta' Bedik–Bandafassi u ż-żona ta' Fula–Dindéfell, u kull waħda mill-karatteristiċi morfoloġiċi speċifiċi.
Fl-2012, il-Pajsaġġi Kulturali ta' Bassari, Fula u Bedik tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO.[1][2]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Pajsaġġi Kulturali ta' Bassari, Fula u Bedik ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2012.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet"; il-kriterju (v) "Eżempju straordinarju ta' insedjament uman tradizzjonali, ta' użu tal-art jew ta' użu tal-baħar, li jirrappreżenta kultura (jew kulturi), jew interazzjoni umana mal-ambjent, speċjalment meta jkun sar vulnerabbli minħabba l-impatt ta' bidla irreversibbli"; u l-kriterju (vi) "Assoċjazzjoni diretta jew tanġibbli ma' avvenimenti jew ma' tradizzjonijiet ħajjin, ma' ideat jew ma' twemmin, jew ma' xogħlijiet artistiċi jew letterarji ta' valur universali straordinarju".[1]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Bassari Country: Bassari, Fula and Bedik Cultural Landscapes". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-04.
- ^ Centre, UNESCO World Heritage. "Twenty-six new sites inscribed on UNESCO World Heritage List this year". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-03-04.