Opossum ġurdien ta' denbu oħxon tal-Arġentina

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon tal-Arġentina
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill, 1872)
Familja: Didelphidae
(Gray, 1821)
Sottofamilja: Didelphinae
(Gray, 1821)
Ġeneru: Thylamys
(Gray, 1843)
Speċi: T. sponsorius
Isem binominali
Thylamys sponsorius
(Thomas, 1921)
Firxa tal-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon tal-Arġentina

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon tal-Arġentina jew opossum ta' denbu oħxon tal-Arġentina, magħruf xjentifikament bħala Thylamys sponsorius, huwa mammiferu marsupjal tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon nattiv tal-kontinent tal-Amerika t'Isfel.

Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix mal-art), b'abitudni notturna (attiv bil-lejl). Id-dieta tiegħu hija primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd tal-għasafar u annimali vertebrati żgħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta tiegħu.

Thylamys sponsorius huwa speċi b'distribuzjoni fil-kontinent tal-Amerika t'Isfel, mifruxa mal-Arġentina u endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

Ħoloq esterni[immodifika | immodifika s-sors]