Aqbeż għall-kontentut

Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Metatheria
Superordni: Ameridelphia
Ordni: Didelphimorphia
(Gill,1872)
Familja: Didelphidae
(Gray,1821)
Sottofamilja: Didelphinae
Ġeneru: Thylamys
(Gray,1843)
Speċi: T. cinderella
Isem binominali
Thylamys cinderella
(Thomas, 1902)
Firxa tal-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella jew Opossum ta' denbu oħxon ta' Cinderella, magħruf xjentifikament bħala Thylamys cinderella, huwa mammiferu marsupjal, tat-tribù Thylamyini, fil-familja Didelphidae (didelfidu), fl-ordni Didelphimorphia (didelfimorfju) u huwa wieħed mill-opossumi ġrieden ta' denbhom oħxon, nativ tal-kontinent ta' l-Amerika ta' isfel.

Dan l-opossum ġurdien ta' denbu oħxon huwa marsupjal kemm arborju (jgħix fis-siġar) kif ukoll terrestri (jgħix ma' l-art), b' abitudni notturna (attiv bil-lejl).

L-Opossum ġurdien ta' denbu oħxon ta' Cinderella huwa marsupjal b' dieta primarjament insettivora, għalkemm frott, bajd ta' l-għasafar u annimali vertebrati żagħar bħal gremxul u ġrieden huma inklużi fid-dieta ukoll.

Distribuzjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

Thylamys cinderella huwa speċi b' distribuzjoni fil-kontinent ta' l-Amerika t'isfel, mifruxa mal-Arġentina u endemika ta' dan il-pajjiż.

Klassifikazjoni

[immodifika | immodifika s-sors]

"Thylamys venustus cinderella" huwa sinonimu jew l-istess bħal u jirreferi għal Thylamys cinderella ta' Thomas, 1902.


  • Braun, J. K., Ronald A. Van Den Bussche, Philip K. Morton, and Michael A. Mares. 2005. Phylogenetic and biogeographic relationships of mouse opossums Thylamys (Didelphimorphia, Didelphidae) in southern South America. Journal of Mammalogy 86:147-159.
  • Gardner, Alfred (November 16, 2005). Wilson, D. E., and Reeder, D. M. (eds) Mammal Species of the World, 3rd edition, Johns Hopkins University Press. ISBN 0-801-88221-4
  • Infonatura

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]