Notoryctemorphia
Dehra
Notoryctemorphia | |
---|---|
Klassifikazzjoni xjentifika | |
Renju | Animalia |
Sottorenju | Bilateria (en) |
Phylum | Chordata |
Klassi | Mammalia |
ordni | Notoryctemorphia ,
|
In-Notoryctemorphia huwa ordni ta' mammiferi marsupjali, eżattament it-talpi marsupjali, li qiegħed ikklassifikat fil-klassi Mammalia, fis-sottoklassi Theria, fl-infraklassi Metatheria, fis-superordni Australidelphia. Għandu familja waħda, in-Notoryctidae, u ġeneru wieħed biss, Notoryctes, b'żewġ speċi ħajjin.
Dan l-ordni flimkien ma' erba' ordnijiet oħra, il-Microbiotheria, id-Dasyuromorphia, il-Peramelemorphia u d-Diprotodontia, jiffurmaw is-superordni Australidelphia.
Lista tal-ispeċi tal-ordni Notoryctemorphia
[immodifika | immodifika s-sors]- Ordni Notoryctemorphia
- Familja Notoryctidae
- Ġeneru Notoryctes
- Talpa marsupjal tat-Tramuntana jew Karkarratul, Notoryctes caurinus
- Talpa marsupjal ta' Nofsinhar jew Itjaritjari, Notoryctes typhlops
- Ġeneru Notoryctes
- Familja Notoryctidae
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- Archer, Hand; Hand, Suzanne J.; Godthelp, Henk (1991). Australia's lost world: Riversleigh, World Heritage Site (bl-Ingliż). Reed New Holland. ISBN 1-876334-59-2.
- Wilson, D. E.; Reeder, D. M. Mammal Species of the World (bl-Ingliż) (3 ed.). Johns Hopkins University Press. ISBN 0-8018-8221-4.
- Dennis, Carina (2004). "A mole in hand..." Nature (bl-Ingliż). 432: 142–143.
- "Marsupial Mole" (bl-Ingliż). Ausemade.
Ħoloq esterni
[immodifika | immodifika s-sors]- Klassifikazzjoni tan-Notoryctemorphia fuq The Taxonomicon