Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/22 ta' Ġunju
Dehra
22 ta' Ġunju:
- 1633 – Is-Sant Uffizzju f'Ruma ġiegħel lil Galileo Galilei jiċħad l-opinjoni tiegħu li hi x-Xemx, u mhux l-Art, li hi ċ-ċentru tal-Univers.
- 1897 – Iż-żewġ uffiċċjali kolonjali Brittaniċi, Rand u Ayerst ġew assassinati f'Pune, Maharashtra, l-Indja mill-aħwa Chapekar u minn Ranade, li wara nqabdu u ġew mgħallqa. Dawn huma meqjusa bħala l-ewwel martri tal-kawża tal-ħelsien tal-Indja mir-Renju Unit.
- 1941 – It-Tieni Gwerra Dinjija: Il-Ġermanja invadiet l-Unjoni Sovjetika fl-Operazzjoni Barbarossa.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1864 – Hermann Minkowski, matematiku Ġermaniż (m. 1909)
- 1887 – Julian Huxley, bijologu Brittaniku (m. 1975)
- 1898 – Erich Maria Remarque, kittieb Ġermaniż (m. 1970)
Mietu f'dan il-jum...
- 1925 – Felix Klein, matematiku Ġermaniż (t. 1849)
- 1969 – Judy Garland (stampa), kantanta u attriċi Amerikana (t. 1922)
- 1987 – Fred Astaire, żeffien u attur Amerikan (t. 1899)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' Sant'Albanu tal-Ingilterra, ta' San Ġwann Fisher, ta' San Pawlinu ta' Nola u ta' San Tumas More.