Mudell:PaġnaPrinċipali/Almanakk/2 ta' Settembru
Dehra
2 ta' Settembru:
- 1666 – Beda n-Nar il-Kbir ta' Londra li baqa' jaqbad għal tlett ijiem u ħaraq 10,000 binja, fosthom il-Katidral ta' San Pawl.
- 1752 – Il-Gran Brittanja adottat il-kalendarju Gregorjan, kważi żewġ sekli wara l-parti l-kbira tal-Ewropa tal-Punent.
- 1792 – Matul dak li saru magħrufa bħala l-Massakri ta' Settembru tar-Rivoluzzjoni Franċiża, folol irrabjati qatlu tliet isqfijiet Kattoliċi, aktar minn mitejn qassis u priġunieri suspettati li kienu jissimpatizzaw mal-monarkija.
Twieldu f'dan il-jum...
- 1853 – Wilhelm Ostwald, kimiku Ġermaniż Baltiku, rebbieħ tal-Premju Nobel għall-Kimika (m. 1932)
- 1894 – Joseph Roth, rumanzier Awstrijak (m. 1939)
- 1923 – Rene Thom, matematiku Franċiż (m. 2002)
Mietu f'dan il-jum...
- 1910 – Henri Rousseau, pittur Franċiż (t. 1844)
- 1937 – Pierre de Coubertin, fundatur Franċiż tal-Logħob Olimpiku modern (t. 1863)
- 1973 – J. R. R. Tolkien (stampa), kittieb Ingliż (t. 1892)
Kommemorazzjonijiet...
Il-Knisja Kattolika tiċċelebra l-festa ta' San Brokardu.