Mudell:Kandidat vetrina/editintro
Aqra din qabel ma tibgħat artiklu għall-kandidatura għal artiklu fil-vetrina
Qabel ma tinnomina artiklu, assigura ruħek li dan jilħaq il-kriterji kollha għal artiklu fil-vetrina.
Nominaturi li mhumiex kontributuri sinjifikanti tal-artiklu hu aħjar li jikkonsultaw l-edituri regulari tal-artiklu qabel jagħmlu n-nominazzjoni. In-nominaturi huma mistennija li jirrispondu b'mod pożittiv għal kritika kostruttiva li ssir u li jagħmlu l-isforz possibbli biex jaffrontaw l-oġġezzjonijiet. Meta jiġi nominat artiklu dan jiġi kkunsidrat bħala ta' kwalità tajba; għalhekk l-uniku punt tal-proċess hu li jiġġenera u li jsolvi kummenti kritiċi fuq il-bażi tal-kriterji, u li riżoluzzjonijiet bħal dawn jingħataw aktar piż minn sempliċement vot ta' appoġġ.
L-utenti ma jistgħux iżidu t-tieni nominazzjoni għall-vetrina sakemm l-ewwel waħda tkun għadha ma kisbitx is-sosten tal-komunità u li jaraw l-aħjar li jistgħu jagħmlu fil-pariri u s-suġġerimenti li jingħataw mill-utenti. Jekk jogħġbok tiddividx il-paġni tan-nominazzjoni f'sottosezzjonijiet (jekk hu neċessarju, uża titli b'tipa ħoxna). Il-grafika hi skonsiljata (per eżempju, Sar jew Ma sarx), minħabba li dawn idewmu l-ħin biex il-paġna titla'.