Mottu Olimpiku
Dehra
Dan l-artiklu dwar l-isport huwa nebbieta. Jekk trid, tista' tikkontribwixxi issa biex ittejjeb dan l-artiklu, dejjem skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
"Citius, Altius, Fortius!" hi l-espressjoni bil-Latin (pron.: ci-zius, al-zius, for-zius) li tifforma l-mottu uffiċjali tal-Olimpjadi. Fl-ispirtu sportiv tal-Logħob Olimpiku, din għandha s-sinjifikat ta': "Aktar veloċi, aktar fl-għoli, aktar b'saħħa". Dan il-mottu, flimkien mal-ħames ċrieki u l-fjamma Olimpika, hu wieħed mis-simboli prinċipali tal-Olimpjadi.
"Citius, Altius, Fortius" kienet adottata bħala mottu tal-Kumitat Olimpiku Internazzjonali fl-1894, fis-sena tal-fundazzjoni ta' dan l-istess kumitat (anki jekk kien użat għall-ewwel darba fl-okkażjoni tal-Olimpjadi ta' Pariġi fl-1924). Dan kien propost minn Pierre de Coubertin imma ideat minn Henri Didon, predikatur Dumnikan famuż.