Moskej bi stil Sudaniż fit-Tramuntana tal-Kosta tal-Avorju
Il-Moskej bi stil Sudaniż fit-Tramuntana tal-Kosta tal-Avorju nbena għall-ewwel darba fl-Imperu tal-Mali fis-seklu 14. Din il-kollezzjoni ta' moskej fil-Kosta tal-Avorju tniżżlet bħala sit indikattiv fid-29 ta' Novembru 2006 bħala sit kulturali, u tniżżlet fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Moskej bi stil Sudaniż fit-Tramuntana tal-Kosta tal-Avorju ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2021.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]B'kollox hemm sitt moskej:
- il-Moskea ta' Kaouara, li tinsab fis-Sottoprefettura ta' Ouangolodougou;
- il-Moskea ta' Tengréla, li tinsab fis-Sottoprefettura ta' Tengréla;
- il-Moskea ta' Kouto, li tinsab fis-Sottoprefettura ta' Kouto;
- il-Moskea ta' Nambira, li tinsab fis-Sottoprefettura ta' M'bengué;
- iż-żewġ Moskej ta' Kong, li jinsabu fis-Sottoprefettura ta' Kong.
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "Sudanese style mosques in northern Côte d’Ivoire". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-02-03.