Monumenti Bojod ta' Vladimir u ta' Suzdal
Il-Monumenti Bojod ta' Vladimir u ta' Suzdal fl-Oblast ta' Vladimir, ir-Russja, tniżżlu fil-lista tas-Siti ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Monumenti Bojod ta' Vladimir u ta' Suzdal ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1992.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rikonoxxut abbażi ta' tliet kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (i) "Rappreżentazzjoni ta' kapulavur frott il-kreattività tal-bniedem"; il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iv) "Eżempju straordinarju ta' tip ta' bini, ta' grupp ta' siti jew ta' pajsaġġ arkitettoniku jew teknoloġiku li joħroġ fid-dieher stadju/i sinifikanti fl-istorja tal-bniedem".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Monumenti Bojod ta' Vladimir u ta' Suzdal jinkludu tmien monumenti Medjevali magħmula bil-ġebla tal-ġir ta' Zalesye bejn l-aħħar tas-seklu 12 u l-bidu tas-seklu 13. Dawn jinkludu knejjes u monasteru Ortodossi Russi, kif ukoll kastell u daħla. Dawn huma:
- il-Katidral tat-Tlugħ is-Sema;
- id-Daħla tad-Deheb;
- il-Kastell tal-Prinċep f'Bogolyubovo (il-Katidral tan-Natività tal-Madonna u t-Torri bit-Taraġ tal-Palazz ta' Andrei Bogolyubsky);
- il-Knisja tal-Interċessjoni fix-xmara Nerl;
- il-Katidral ta' San Dimitri;
- il-Kremlin ta' Suzdal u l-Katidral tan-Natività;
- il-Monasteru tas-Salvatur u ta' San Ewtimju;
- il-Knisja ta' San Boris u San Gleb.
Gallerija
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "White Monuments of Vladimir and Suzdal". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-04-27.