Mina tal-Imħabba ta' Klevan

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Il-Mina tal-Imħabba ta' Klevan

Il-Mina tal-Imħabba ta' Klevan (bl-Ukren: Туне́ль Коха́ння, Tunel Kokhannya) hija sezzjoni ta' linja ferrovjarja industrijali li tinsab qrib Klevan, l-Ukrajna, u tikkollegaha ma' Orzhiv. Din is-sezzjoni tal-linja ferrovjarja hija mdawra minn ħnejjiet bil-ħdura[1] u hija twila bejn tliet kilometri u ħames kilometri. Hija magħrufa bħala post għal qalb il-koppji għal xi mixja romantika.[2]

Rotta ferrovjarja[immodifika | immodifika s-sors]

Ferrovija għaddejja mill-Mina tal-Imħabba

Il-linja ferrovjarja tibda fl-istazzjon ta' Klevan, fuq il-linja Kovel-Rivne, u tlaħħaq saż-żona tat-Tramuntana ta' Orzhiv, li hija moqdija wkoll minn stazzjon fuq il-linja ferrovjarja prinċipali. Il-linja kollha hija twila madwar 6.4 kilometri, u madwar 4.9 kilometri huma miksija bil-foresti, u fihom il-Mina tal-Imħabba hija twil bejn tliet kilometri u 4.9 kilometri, skont minn fejn wieħed jibda jkejjilha.

Biblijografija[immodifika | immodifika s-sors]

  • Ristuccia, Marco; Roth, Christine (2018). In the Tunnel of Love: images of Ukraine today (Hardcover). Berlin: The Light Beam Publishing. p. 124. ISBN 978-3-947714-06-3.
  • Ristuccia, Marco; Roth, Christine (2018). In the Tunnel of Love: images of Ukraine today (Softcover). Berlin: The Light Beam Publishing. p. 124. ISBN 978-3-947714-07-0.
  • Ristuccia, Marco; Roth, Christine (2018). In the Tunnel of Love: images of Ukraine today (eBook). Berlin: The Light Beam Publishing. p. 124. ISBN 978-3-947714-08-7.

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Tunnel of Love in Klevan, Ukraine, a Fairytale Train Track" (bl-Ingliż). 2012-08-24. Miġbur 2022-04-03.
  2. ^ "Unused Railway Track in Ukraine Forms Tunnel of Love [PHOTOS]". International Business Times UK (bl-Ingliż). 2012-05-15. Miġbur 2022-04-03.