Aqbeż għall-kontentut

Merlin (serje televiżiva)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
L-isem tas-serje hekk kif jidher fil-bidu ta' kull programm.

Merlin hi serje tat-televiżjoni Ingliża li bdiet fl-2008. Din is-serje hi bbażata fuq il-leġġendi tas-saħħar Merlin u r-Re Artur, iżda xorta waħda hemm differenza kbira bejn it-tnejn. Is-serje hi prodotta mill-kumpanija Shine Limited għall-istazzjon televiżiv BBC One. It tieni serje bdiet fid-19 ta' Settembru 2009, u l-produzzjoni tat-tielet serje ġiet ikkononfermata mill-BBC.

Atturi prinċipali

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Colin Morgan bħala Merlin: Il-protagonist tal-istorja hu żagħżugħ b'talent kbir fil-maġija, li jkollu jaħbi t-talenti tiegħu bit-tama li xi darba jkun jista' jesponihom fil-beraħ u mingħajr periklu. Id-destin tiegħu hu marbut direttament ma' dak tal-Prinċep u r-Re futur Artur.
  • Angel Coulby bħala Ġinevra: Tfajla sempliċi u umli, il-qaddejja ta' Marogana b'karattru dħuli u ħelu.
  • Bradley James bħala Artur: Żagħżugħ arroganti, iżda b'qalb tad-deheb. Artur isir ħabib ma' Merlin, li għandu d-dmir jipproteġieh sabiex meta jasal il-waqt, iwettaq id-destin tiegħu.
  • Katie McGrath bħala Morgana: Adottata mir-Re Uther, Morgana kapaċi tara l-futur permezz tal-ħolm profetiku tagħha. Hi ukoll ħabiba kbira ta' Ġinevra.
  • Anthony Head bħala Uther Pendragon: Ir-Re preżenti ta' Camelot, u missier Artur. Għalkemm meqjus bħala bniedem krudili u kattiv, fil-verita' jagħti kas ħafna tan-nies ta' madwaru. Jistmerr kull forma ta' maġija tant li beda gwerra ħarxa kontra kull min ikun suspettat li qed jipprattikaha.
  • Richard Wilson bħala Gaius: It-tabib uffiċjali tar-Re, iz-ziju ta' Merlin, u wieħed mill-ftit li jafu s-sigriet tiegħu. Gaius kien jipprattika l-maġija ukoll, u xi traċċi ta' dan għadhom jidhru fil-medikazzjonijiet tiegħu. Iqis lil Merlin bħala l-Iben li qatt ma kellu.
  • John Hurt bħala l-vuċi tad-Dragun Kilgharrah: Merlin imur bosta drabi għand id-Dragun għal suġġerimenti u għajnuna f'xi problema. FL-aħħar tat-tieni staġun, Merlin jeħles lil Kilgharrah, li jpattiha lin-nies kollha ta' Camelot billi jattakka l-belt. Finalment, Merlin jernexxielu jkeċċieh darba għal dejjem minn Camelot.

Atturi mistiedna

[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel serje

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Eve Myles bħala Lady Helen/Mary Collins ("The Dragon's Call")
  • Will Mellor bħala Valiant ("Valiant")
  • Julian Rhind-Tutt bħala Edwin Muirden ("A Remedy to Cure All Ills")
  • Kyle Redmond-Jones bħala Kanan ("The Moment of Truth")
  • Joe Dempsie bħala William ("The Moment of Truth")
  • Holliday Grainger bħala Sophia ("The Gates of Avalon")
  • Kenneth Cranham bħala Aulfric ("The Gates of Avalon")

It-tieni serje

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Mackanzie Crook bħala Cedric ("The Curse of Cornelius Sigan")
  • Adrian Lester bħala Myror ("The Once and Future Queen")
  • James Cosmo bħala Hengist ("Lancelot and Guinevere")
  • Sarah Parish bħala Lady Catrina ("Beauty and the Beast": l-1 u t-2 parti)
  • Charles Dance bħala Aredian ("The Witchfinder")
  • Laura Donnelly bħala Freya ("The Lady of the Lake")
  • David Schonfield bħala r-Re Alined ("Sweet Dreams")
  • Georgia Moffett bħala Lady Vivian ("Sweet Dreams")
  • Joseph Mawle bħala Alvar ("The Witch's Quickening")
  • John Lynch bħala Balinor ("The Last Dragonlord")

It-tielet serje

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Miriam Margolyes
  • Warwick Davis

L-ewwel serje

[immodifika | immodifika s-sors]
# Episodju Renju Unit Stati Uniti
Udjenza[1]
(Miljun)
Pożizzjoni[1]
(Ġimgħa)a
Klassifika Sehem 18-49 Udjenza
(miljun)b
Pożizzjoni
(Ħin Partikolari)
Pożizzjoni
(Ġimgħa)
1"The Dragon's Call"7.15#6 3.261.3/55.46#3#14[2]
2"Valiant"5.40#11 3.261.4/45.24#2#14
3"The Mark of Nimueh"6.30#8 2.851.0/34.29#2#28
4"The Poisoned Chalice"6.48#9 2.641.1/34.25#3#28
5"Lancelot"5.37#14 2.751.1/44.29#2#19
6"A Remedy to Cure All Ills"6.00#11 2.340.9/33.65#4#30
7"The Gates of Avalon"6.45#8 2.651.1/44.27#4#25
8"The Beginning of the End"6.25#11 2.751.1/44.21#4#21
9"Excalibur"6.47#9 2.751.1/34.46#3#20
10"The Moment of Truth"7.03#8 1.940.8/33.06#3#31
11"The Labyrinth of Gedref"6.71#7 2.441.0/33.95#5#31
12"To Kill the King"6.31#8 1.941.0/33.22#3#32
13"Le Morte d'Arthur"6.27#8 2.341.1/33.92#5#32
CiN"Merlin in Need 2008"9.83#4

a Il-pożizzjoni tgħodd biss għal BBC One u mhux għall-istazzjonijiet kollha.

b Merlin hu mxandar fuq l-NBC, wieħed mill-erba' stazzjonijiet kbar tal-iStati Uniti.

  1. 1 2 "Weekly Viewing Summary (see relevant week)" (bl-Ingliż). BARB. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2008-07-12. Miġbur 2010-07-02.
  2. "TV Ratings 6-15 to 6-21 and This Week In TV" (bl-Ingliż). Arkivjat minn l-oriġinal fl-2010-07-16. Miġbur 2010-07-02.