Aqbeż għall-kontentut

MediaWiki:Uploadtext

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

IEQAF! Qabel ma ttella' fajl, kun żgur li taqra u ssegwi l-istruzzjonijiet dwar l-użu tal-istampi fil-Wikipedija:

  • Agħti informazzjoni dettaljata dwar l-oriġini tal-istampa. Jekk ħloqtha int, għamel avviż li juri dan biċ-ċar. Jekk l-istampa niżżiltha minn fuq xi sit elettroniku fuq l-internet, poġġi ħolqa għal dik il-paġna.
  • Speċifika l-liċenzja tal-fajl. Żid {{GFDL}} jekk il-fajl ġie rilaxxat taħt il-liċenzja GFDL. Żid {{PD}} jekk il-fajl jinsab fid-dominju pubbliku, eċċ. Ara l-paġna dwar il-copyright tal-istampa għal lista ta' mudelli oħra li jistgħu jintużaw.
  • Kun żgur li l-fajl jidher f'artiklu u uża l-paġna tad-deskrizzjoni biex tispjega sew il-kontenut. F'każ ta' stampa, iddiskrivi x'turi l-istampa. F'każ ta' fajls ta' ħsejjes jew mużika, iddeskrivi x'qed jinstema'.
  • Biex tinkludi l-istampa f'artiklu, uża dawn is-sintassi: [[Stampa:Fajl.jpg]] jew inkella [[Stampa:Fajl.jpg|deskrizzjoni alternattiva]], jew inkella [[Stampa:Fajl.ogg]] għal fajls ta' ħsejjes. Biex tuża' minjatura tal-istampa, uża [[Stampa:Fajl.jpg|thumb|stampa]]. Ara Għajnuna:Markup għal iktar eżempji.
  • Uża isem raġjonevoli u li jagħmel sens għall-fajl. Per eżempju, uża "Forti Sant' Anġlu.jpg" minflok "fsn1024.jpg", jew inkella "Ritratt ta' Dom Mintoff (1979).jpg" minflok "Mintoff.jpg". Meta tuża' isem deskrittiv, tkun qed tnaqqas iċ-ċans li ssib stampa oħra bl-istess isem, u fl-istess ħin tagħmilha iktar faċli biex tinstab l-istampa fost il-listi kif ukoll biex jinftiehem is-suġġett tagħha. Ara Wikipedija:Politika dwar l-użu ta' stampi għal aktar informazzjoni dwar u kif tpoġġi fajls fuq il-Wikipedija, kif ukoll suġġerimenti dwar il-format li għandek tuża'. Id-deskrizzjoni tal-fajl għandha tkun ċara u kompluta; tinsiex tagħżel il-kaxxa li tiddikjara li taċċetta il-copyright tal-Wikipedija. X'ħin tlesti, għafas Tella'.
Meta ttella' fajl partikolari, tkun qiegħed awtomatikament taċċetta li dan jista' jiġi mqassam u distribwit skond it-termini tal-Liċenzja ta' dokumentazzjoni ħielsa GNU

Żomm f'moħħok li, bħall-paġni kollha tal-Wikipedija, kulħadd jista' jimmodifika, ibiddel jew iħassar il-fajls tiegħek jekk dan jara li l-att tiegħu se jkun fl-interess esklussiv tal-enċiklopedija. Żomm ukoll f'moħħok, li f'każ ta' abbuż, tista' tiġi mblukkat (apparti li tiġi akkużat b'nuqqas ta' responsabbiltà).