Aqbeż għall-kontentut

Martinu I ta' Sqallija

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Martinu I ta' Sqallija
Re ta' Sqallija

25 Mejju 1401 - 25 Lulju 1409
Marija, Reġina ta' Sqallija - Martinu II ta' Aragona
re konsorti ta' Sqallija

1392 - 25 Mejju 1401
Antonia ta' Balzo - Blanca I ta' Navarra
Ħajja
Isem propju Martí Robert
Twelid Prinċipat tal-Katalonja, 25 Lulju 1374, 1375, 1376
Mewt Cagliari, 25 Lulju 1409
Post tad-dfin Katidral ta' Cagliari
Kawża tal-mewt kawżi naturali (malarja)
Familja
Missier Martinu II ta' Aragona
Omm Maria de Luna
Konjuga/i Marija, Reġina ta' Sqallija  (1390 (Gregorian) -
Blanca I ta' Navarra  (1403 (Gregorian) -
Koppja/i Agatuccia Pesce
Tarsia Rizzari
Ulied
Familja
Tribù familja rjali ta' Aragona
Edukazzjoni
Lingwi Aragoniż Medjevali
Latin
Taljan
Katalan Antik
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni mexxej
monarka

Martinu I ta' Sqallija, magħruf ukoll bħala Martinu ż-Żgħir jew Martinu d'Aragona (twieled f'Barċellona fl-1374 – miet f'Cagliari fil-25 ta' Lulju 1409), kien re konsorti ta' Sqallija (jew ta' Trinacria) mill-1390 sal-1401 u re ta' Sqallija mill-1401 sal-1409.[1]

Missier Martinu kien ir-re futur Martinu II ta' Aragona, u n-nanniet tiegħu kienu r-Re Pietru IV ta' Aragona u Eleanora ta' Sqallija. Fi Frar 1390 huwa żżewweġ lir-Reġina Marija ta' Sqallija[2], li twieldet fl-1362/1363. Fl-1392 reġa' lura f'Sqallija ma' martu, flimkien ma' forza militari, u rebaħ kontra grupp ta' baruni li kienu qed jopponuh. Fl-1394, il-koppja kellha l-uniku wild tagħha, Pietru, il-prinċep eredi ta' Sqallija, li miet fl-1400. Martinu rrenja fi Sqallija flimkien ma' martu sa mewtha f'Lentini fil-25 ta' Mejju 1401. Dak iż-żmien, huwa rripudja t-Trattat ta' Villeneuve (1372) u rrenja fi Sqallija waħdu. Wara mewtu fl-1409 f'Cagliari, fil-gżira ta' Sardenja, missieru, li sa dak iż-żmien kien sar ir-re ta' Aragona, irrenja fi Sqallija bħala Martinu II.[3]

Wara l-mewt ta' Marija, Martinu I ż-Żgħir reġa' żżewweġ bi prokura f'Catania fil-21 ta' Mejju 1402 u fis-26 ta' Diċembru 1402 kien preżenti biex jiżżewwweġ lil Blanca I ta' Navarra, li kienet il-werrieta tal-familja Evreux u r-reġina futura ta' Navarra, u miegħu kellha iben wieħed, Martin, fl-1403, li miet f'Valencia fl-1407. L-ebda wild miż-żewġ żwiġijiet tiegħu ma għexu iktar mit-tfulija; minkejja dan, kellu iben barra ż-żwieġ ma' Tarsia Rizzari, imwielda fi Sqallija, Fadrique ta' Aragona, il-Konti ta' Luna u Ejerica u Sinjur ta' Segorbe, li twieled bejn l-1400 u l-1403. Martin II pprova jagħmlu s-suċċessur tiegħu fl-Imperu Aragoniż. Iżda l-isforz tiegħu ma rnexxiex, u Fadrique ġie miċħud is-suċċessjoni mill-Patt ta' Caspe. Fadrique żżewweħ lil Violante Luisa de Mur u miet f'Urena fl-1438.[4]

Ir-Reġina Marija I ta' Sqallija

Barra minn hekk, Martinu I kellu wkoll tifla barra ż-żwieġ ma' Agata de Pesce, magħrufa bħala Violante ta' Aragona u mwielda fi Sqallija, li mietet għall-ħabta tal-1428 u li żżewġet darbtejn: l-ewwel fl-1405 bħala t-tieni mara ta' Enrique Pérez de Guzmán (uħud isostnu li kienet in-namrata tiegħu biss), it-Tieni Konti de Niebla (1371–1436), u mbagħad lil kuġinuh Martín de Guzmán.[5]

Martinu I ta' Sqallija mexxa t-truppi fil-konkwista ta' Sardenja fl-1409, u rebaħ b'mod deċiżiv kontra l-mexxej ta' Arborea fil-Battalja ta' Sanluri eżatt qabel mewtu.

Il-Mawżolew ta' Martinu I ta' Sqallija

Martinu I ta' Sqallija ġie midfun fil-Katidral ta' Cagliari fejn hemm Mawżolew iddedikat lilu.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • G. Beccaria, Spigolature sulla vita privata di re Martino in Sicilia, Palermo, 1894.
  • M.R. Lo Forte Scirpo, C'era una volta una regina...Maria d'Aragona e Bianca di Navarra, Napli, 2003.
  • Guillaume Mollat, I papi di Avignone il grande scisma, in Storia del mondo medievale, vol. VI, 1999, pp. 531–568.
  • R. Altamira, Spanja, 1412-1516, in Storia del mondo medievale, vol. VII, 1999, pp. 546–575.
  • Carmelina Urso, Lo strano caso di Agatuccia Pesci e Tarsia Rizzari: Due "nemiche" alla corte di Martino i di Sicilia (1374–1409), in Annali della facoltà di Scienze della formazione Università degli studi di Catania, vol. 2016, n. 15, pp. 19–36.
  • La politica ecclesiastica di Martino I in Sicilia, vol. 1, Palermo, Scuola Tip. Boccone del Povero, 1921.
  1. ^ Francesco Aprile: Della cronologia universale della Sicilia, Palermo, 1725, p.207.
  2. ^ "maria_koenigin_1402". web.archive.org. 2004-08-20. Arkivjat mill-oriġinal fl-2004-08-20. Miġbur 2021-07-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)
  3. ^ "ARAGON KINGS". fmg.ac. Miġbur 2021-07-25.
  4. ^ "Barcelona 2". genealogy.euweb.cz. Miġbur 2021-07-25.
  5. ^ "martin_1_koenig_von_aragon_1410". web.archive.org. 2007-09-29. Arkivjat mill-oriġinal fl-2007-09-29. Miġbur 2021-07-25.Manutenzjoni CS1: BOT: url-oriġinali status mhux magħruf (link)