Aqbeż għall-kontentut

Markapaġna

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Markapaġna marbuta ma' ktieb
Ktieb b'markapaġna separata b'mottiv Għarbi minn Sivilja
Ħames markapagni b'riproduzzjoniet Taljani, Spanjoli u Maltin

Markapaġna hi oġġett ta' daqs u ħxuna żgħira li l-għan tiegħu hu li jfakkar lill-qarrej il-post fejn ikun wasal fil-qari ta' ktieb. Jidher li fil-Malti m'hemmx kelma standard għal dan l-oġġett; insibu senjalibru, fakkarfej,[1] werrejja u bookmark.

Markapaġna tista' tkun ta' żewġ tipi, jiddependi fuq jekk hix magħquda ma' ċertu volum jew le. Fl-ewwel każ spiss tkun magħmula minn żigarella tad-drapp. Meta l-oġġett ikun separat mill-volum, jista' jkun magħmul minn materjali differenti: kartun (l-aktar komuni), ġilda metall, drapp jew injam.

Il-markapaġni kultant jistgħu ikunu oġġetti prezzjużi li jingħataw bħala rigali u oġġetti ta' kollezzjoni u jistgħu jirrappreżentaw postijiet bħall-kartolini.

  1. ^ "Archive copy". Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-05. Miġbur 2011-09-04.Manutenzjoni CS1: kopja arkivjata bħala titlu (link)

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]