Malta fil-Festival tal-Eurovision 2009
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Malta se tiehu sehem fil-Festival tal-Eurovision 2009. Ix-xandir Malti, il-PBS se jagħmel il-finali nazzjonali, EuroSong 2009, biex tiġi magħżula l-kanzunetta għall-Festival tal-Eurovision, li se jsir ġewwa Moska, ir-Russja.
Ħarsa
[immodifika | immodifika s-sors]Malta ħadet sehem għall-ewwel darba fl-Ewroviżjoni tal-1971. Hija Ġiet l-aħħar darbtejn wara xulxin, telqet mill-festival fl-1973 għal sentejn, imbagħad reġgħet daħlet fl-1975 fejn akkwistat riżultat aħjar. Wara reġgħet telqet mill-festival, u ma ħaditx sehem qabel 16-il sena wara fl-1991, meta ġiet is-sitt post b'Georgina u Paul Giordimaina, l-aqwa riżultat sa dak iż-żmien. Kien hemm b'kollox 22 kanzunetta Maltija għall-Ewroviżjoni, u tal-2009 sejra tkun it-23 waħda.
EuroSong 2009
[immodifika | immodifika s-sors]Il-PBS iddeċieda format ġdid għall-għażla nazzjonali għall-Festival Kanzunetta għall-Ewropa 2009. L-awturi u kompozituri setgħu jissottomettu żewġ diski għal kull kantant, meta jkun kantant wieħed fuq il-palk. Is-sottomissjonijiet ġew aċċettati fit-13 u l-14 ta' Ottubru 2008 fl-uffiċċji tal-PBS, Gwardamanġia, Tal-Pietà. Bejn it-23 u s-26 ta' Ottubru u l-1 u t-2 ta' Novembru, 56 kanzunetta ġew magħżula internament għat-tieni fażi. Fit-2 fażi, is-56 kanzunetta tkantaw waqt programm televiżiv bl-isem ta 'Euro Showbox' li sar bejn it-8 ta' Novembru 2008 u l-10 ta' Jannar 2009.
Il-Kanzunetti Finali
[immodifika | immodifika s-sors]Il-kanzunetti finali huma 20:
1) Ħa Ħi Ħu, ikkantaw 'The Elements'. 2) Kamikaze Lover (Maħbub Kamikażi), ikkantaw il-'Baklava'. 3) Choose Your Number (Agħżel in-Numru Tiegħek), ikanta J. Anvil. 4) Where You Belong (Fejn Int Sejjer), ikanta Wayne Micallef. 5) Tonight at the Opera (Illejla fl-Opra), ikkantaw il-'Classic Rebels'. 6) Promises (Wegħdiet), ikantaw Vittorio u Dorothy. 7) What if We (Min jaf li kieku aħna...), tkanta Chiara 8) One Million Ways (Miljun Mod), ikanta Rosman Pace 9) Before You Walk Away (Qabel Timxi l'Hemm), ikkantaw il-'Q'. 10) Let It Shine (Ħalliha Tiddi), tkanta Kylie Coleiro. 11) Where Was I? (Fejn Kont Jien?), ikanta Jamie Tonna. 12) Life is an Opera (Il-Ħajja hi Opra), tkanta Christine Barbara. 13) Someday (Xi Darba), tkanta Eleonar Cassar. 14) Crossroads (Salib it-Toroq), tkanta Raquela. 15) Mama, tkanta Miriam Christine. 16) Avalon, ikantaw Georgina u Ruth Casingena. 17) Typical Me (Tippiku Tiegħi), tkanta Alison Ellul. 18) The Song in Your Heart (Il-Kanzunetta f'Qalbek), ikantaw Trilogy. 19) Blue Sonata, tkanta Claudia Faniello. 20) Butterfly Sky, ikanta Klinsmann Coleiro