Madre Maria Debrincat
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Il-Venerabbli Madre Margerita Debrincat (Kerċem, Għawdex, 28 ta’ Novembru 1862 - Rabat, Għawdex, 22 ta’ Jannar 1952) hija kofundatriċi ta' kongregazzjoni reliġjuża.
Fl-1877, hija daħlet f’assoċjazzjoni li kienet tissejjah it-Tnax il-Stilla tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù, u fl-1880 din l-assoċjazzjoni nbidlet f’kongregazzjoni.
Hija nħatret Segretarja Generali tal-kongregazzjoni li ntant kienet nghatat l-approvazzjoni tad-Djocesi Maltija biex tibdel isimha ghal dik ta’ Sorijiet Frangiskani tal-Qalb Imqaddsa ta’ Gesù. Hija damet madwar 50 sena tahdem mas-Sorjiet Frangiskani li fihom fethet skejjel u djar ghaz-zghazagh. Kien bis-sahha taghha li hidma simili saret f’Corfu, Sqallija, Ruma u l-Etijopja.
Mietet id-dar tas-Sorijiet Frangiskani fir-Rabat, Għawdex. Illum il-kongregazzjoni li waqqfet tahdem f’diversi pajjizi fosthom fl-Afrika, il-Brazil u l-Pakistan.
Kuruna ta' tnax-il kewkba
[immodifika | immodifika s-sors]II-Kongregazzjoni kellha l-bidu taghha fir-Rabat Ghawdex fl-4 ta' Jannar 1874 meta lis-Sinjorina Karmela Xerri, mir-Rabat, gieha f’idejha ktieb ta' Don OImi li hi stess tat lil shabha biex jaqrawh, Dan il-ktieb jismu: “Kuruna ta' tnax-il kewkba" ad unur tat-tnax-il kewkba li jdawwru l-Qalb Santissma ta' Gesù. Dan il-ktieb jistieden lill-vergni biex jaghtu ruhhom b'riparazzjcni ghall-offizi li jsiru lil din il-Qalb.
Il-qari ta' dan il-ktieb kellu effett kbir fuq xi xebbiet li bdew jingabru fid-dar ta' l-imsemmija Sinjorina Xerri, biex jaghtu bidu ghal dan x-xoghol ta' riparazzjoni. Billi ma setghux ikomplu dawn il lagghat wehidhom talbu lil Arcipriet ta' San Gorg, Dun Felic Refalo, biex jahaseb jinforma Assocjazzjoni. Bil-permess ta' l-Isqof Pietru Pace gie moghti lilhom bhala Direttur tat-"Tnax-il kewkba”, il-Vici Parroku Dun Guzepp Diacono, maghruf ghat-tjubija u ghaz-zelu mhux komuni tieghu. Dan it-twajjeb Sacerdot twieled ix-Xaghra, Ghawdex, fit-15 ta' Awissu 1866 u miet fit-22 ta' Gunju 1924. Il-laqghat ta' kull xahar baqghu jsiru fid-dar tas-Sinjorina Xerri, sakemm inkriet dar fi Strada "Ghajn Qatet" No. 5 u gie moghti l-isem "Dar tal-Karità".
L-Għan tal-Għaqda
[immodifika | immodifika s-sors]Il-fini ta' I-Assocjazzjoni f'din id-dar kien li jaghmlu gid liz-zghazagh specjalment lit-tfal l-izjed fqar. Ghaldaqstant l-Assocjati taw bidu ghall-programm tal-hajja taghhom. Wara li kienu jispiccaw il prattiki taghhom ta' pieta, kienu jigbru t-tfal, bi preferenza l-iktar fqar, u kienu jaghtuhom lezzjonijiet ta' Katekiimu, ta' skola u ta' xoghol tad-dar. Filghaxija, kienu jiehdu t-tfal fil-knisja ta' San Frangisk biex jaghmlu vizta lil Gesù Sagramentat u wara kienu jwassluhom sa dar taghhom.
Fit-18 ta' Ottubru 1880, dawn il-Kongregati hadu l-abitu tat-Terz Ordni ta' San Frangisk minn idejn il-Fundatur taghhom Dun Guzepp Diacono.
L-Isqof Pietru Pace, fit-13 ta' Ottubru 1883 accetta l-Kongregazzjoni l-gdida blala Istitut Djocesan u ta lill-Ewwel Sorijiet ir-Regola tat-Terz Ordni ta' San Frangisk biex josservawha.
Dawn l-ewwel Terzjarji Frangiskani kienu jghixu fl-ikbar faqar. Biex ikollhom in-necessarju ghall-hajja kienu jahdmu minn filghodu sa filghaxija, ighallmu l-bizzilla, u jzommu skola ta' tfal zghar subien u bniet. Hekk kienu utli ghall-proxxmu, mhux biss bl-ezempju ta’ hajja qaddisa u fervoruza li kienu jghaddu, izda anki bl-opri, ghall-vantagg tax-xbejbiet specjalment fqar. Meta xi wahda minn dawn kienet tmut jew tohrog, il-post taghha kien jigi okkupat biex innumru ta' din l-Assocjazzjoni jibqa' dejjem tnax.
Madre Margerita: Konfondatriċi
[immodifika | immodifika s-sors]Hawn l-istorja hija mzejna bid-dehra tax-xbejba Virginja Debrincat li twieldet f'Kercem fit-28 ta' Novembru 1862. Din ix-xebba kienet moghtija ghat-tjieba u ghall-hajja mohbija u kienet ghamlet vot tal-verginità ta' 14-il sena. Giet accettata bhala postulanta fil-5 ta' Frar 1881. Fil-20 ta' Frar 1881 libset il-libsa ta' San Frangisk minn idejn il-Fundatur, Dun Guzepp Diacono u hadet l-isem ta' Maestra Virginja: 'il quddiem Suor. Marija Margerita tal-Qalb ta' Gesu.
Sentejn wara il-fundazzjoni, il-Fundatur Diacono halla t-tmexxija tal-Kongregazzjoni li kienet ghadha fil-bidu taghha minhabba xoghol gravi iehor li afdalu l-Isqof, u Madre Margerita b'ispirazzjoni divina, hadet f'idejha t-tmexxija tal-Kongregazzjoni. L-Isqof Pietru Pace ghenha hafna u ta lill-Istitut l-ewwel Kostituzzjoni skond ir-Regola tas-Sorijiet Terzjarji Regolari ta' San Frangisk.
Din il-Madre, membru tal-Komunità li geghdin insemmu, bhala soru professa, bhala Superjura Lokali, bhala Madre Generali, u bhala Konfundatrici mexxiet ghal snin twal il-Kongregazzjoni tas-Sorijiet Frangiskani ta' Malta. Illum dan l-isem tas-Sorijiet Frangiskani ta' Malta, b'lndult tas-Sagra Kongregazzjoni tar-Religjuzi, gie mibdul f'dak tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesù.
L-iskop tal-Kongregazzjoni hu l-qdusija tal-membri permezz ta' l-osservanza fidila tal-voti ta' l-Ubbidjenza, Kastità u Povertà skond ir-Regola tat-Terz Ordni ta' San Frangisk u tal-Kostituzzjonijiet Propri.
L-iskop specjali ta' din il-Kongregazzjoni hu l-qdusija tal-proxxmu permezz tat-taghlim u ta' l-edukazzjoni nisranija u civili tat-tfal bniet u subien u tax-xebbiet specjalment fqar, kif ukoll l-esercizzju tal-karità lejn il-morda. Ghalhekk, is-Sorijiet jezercitaw l-attività taghhom fi skejjel primarji, sekondarji, u f'ohrajn ghat-tfal zghar, f'orfanatrofji, ospizji, sptarijiet, ambulatorji u f'opri ohra bhal dawn. Kull fejn ikunu, jaghtu mportanza kbira lill-Katekizmu.
Il-Konfundatrici waqqfet l-ispirtu ta' l-Istitut fuq il-faqar, fuq l-umiltà, u fuq is-semplicità Frangiskana. L-abitu ta' kulur qastni, il-kurdun tas-suf abjad, u l-velu li jilbsu s-Sorijiet ifissru s-semplicità Frangiskana. Il-ferh frangiskan hu d-distintiv tas-Sorijiet Frangiskani tal-Qalb ta' Gesu.
Jinfirxu mad-dinja
[immodifika | immodifika s-sors]Ta' min isemmi l-ewwel fondazzjoni li Madre Margerita tal-Qalb ta’ Gesù, ghat-talb ta' l-Isqof Pietru Pace, waqqfet f'Korfù 1907. L-iskop kien li jassistu kolonja Maltija ta' emigranti li kienu morru hemm minn zmien qabel. Il-missjoni tas-Sorijiet kienet li jiehdu kura tat-taghlim tal-Katekizmu, jigbru l-Maltin ghall-Quddiesa tal-Hadd, ghall-Qrar u ghat-Tgarbin billi javzawhom gurnata qabel. Barra dan, l-unika skola kattolka f'Korfù hija f'idejn l-istess Sorijiet. Ghandhom ukoll ospizju ghax-xjuh nisa, li hu wkoll l-uniku ospizju kattolku.
Hi ta' mportanza kbira d-dar li nfetħet f'Ruma fl-10 ta' Mejju 1927. F'din id-dar, imkabbra u mizjuda, hemm skola materna, skola elementari, orfanatrofju tal-bniet u subien, ospizju ghax-xjuh nisa, taghlim tal-Katekiimu tal-Parrocca kollha.
L-attivita tas-Sorijiet Frangiskani titnissel u tissahhah mill-imhabba dedikata. Mis-sighat ta' talb fil-Kappella, is-soru ggorr lil Kristu maghha fix-xoghol u fl-appastolat taghha.
Fl-ahhar 50 sena, il-Kongregazzjani hadet zvilupp kbir barra djar f’Ghawdex u f’Malta ghandha wkoll djar fl-Italja, fil-Grecja, fl-Ingilterra, fl-Etjopja, fil-Pakistan, fil-Brazil, fl-Awstralja, fl-Amerka u f’Gerusalemm.
Iz-zerriegha ckejkna mixhuta mill-Fundatur Dun Guzepp Diacono u kkultivata mill-Konfundatrici qaddisa Madre Margerita tal-Qalb ta' Gesù, kibret u tat frott vizibbli u ta' gid kbir lill-Knisja. Kollox ikun ghall-ikbar glorja t'Alla.
Kawża ta' Beatifikazzjoni
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2014, Madre Margerita ġiet iddikjarata Venerabbli.