Aqbeż għall-kontentut

Midalja għall-Qadi tar-Repubblika

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn M.Q.R.)

Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika hija midalja tar-Repubblika ta' Malta. Il-midalja tingħata mill- President ta’ Malta, bl-approvazzjoni bil-miktub tal-Prim Ministru ta’ Malta, għal servizz distint lil Malta. Il-premju jiġi ppreżentat liċ-ċittadini u l-organizzazzjonijiet Maltin, iżda jista’ jingħata lill-barranin fuq bażi onorarja għal servizz li jistħoqqlu rikonoxximent. Mhux aktar minn għaxar ċittadini Maltin jistgħu jingħataw il-midalja kull sena. Il-midalja tista’ tingħata ukoll wara l-mewt.[1]

Midalja għall-Qadi tar-Repubblika imfassla għal mara

Dawk li jirċievu l-midalja huma intitolati li jużaw l-ittri post-nominali M.Q.R.[2]

Il-Midalja għall-Qadi tar-Repubblika hija stilla bajda tal-enamel b'ħames ponot wiesgħa 41 millimetres (1.6 in) b'raġġi ċanfrin bejn id-dirgħajn tal-kewkba. Il-faċċata turi l-Arma ta’ Malta fuq diska tal-metall kulur id-deheb imqiegħda fuq l-istilla. Il-ponta ta’ fuq tal-kewkba għandha l-iskrizzjoni 1975 bid-deheb. In-naħa ta’ wara turi, b’rilievi, mappa tal-Gżejjer Maltin. Il-mappa hija mdawra b'kuruna. Taħt il-kuruna hemm l-iskrizzjoni Għall-Qadi tar-Repubblika. Iż-żigarella tal-midalja hija wiesgħa 32 millimetres (1.3 in), nofs abjad u nofs aħmar. Meta tintlibes minn mara, iż-żigarella tkun imfassla f'ċoff. [3]

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]
  1. "Malta's system of Honours, Awards and Decorations (archived copy)" (PDF). Office of the Prime Minister of Malta. Arkivjat minn l-oriġinal (PDF) fl-28 August 2021. Miġbur 26 April 2022.
  2. "ĠIEH IR-REPUBBLIKA ACT". Laws of Malta. Ministry for Justice, Culture and Local Government. Miġbur 24 November 2014.
  3. "SUBSIDIARY LEGISLATION 251.01 RULES FOR HONOURS, AWARDS AND DECORATIONS". Laws of Malta. Ministry of Justice, Culture and Local Government. Miġbur 24 November 2014.