Ludmila tal-Boemja

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Ludmila tal-Boemja
Ħajja
Twelid Mělník (en) Translate, 860
Mewt Tetín, 15 Settembru 921
Post tad-dfin Bażilika ta' San Ġorġ, Praga
Kawża tal-mewt fgar
omiċidju
Familja
Missier Slavibor
Konjuga/i Bořivoj I
Ulied
Okkupazzjoni
Okkupazzjoni artistokratika
Festa
16 ta' Settembru

Ludmila tal-Boemja jew Santa Ludmila tal-Boemja (twieldet għall-ħabta tat-860 – mietet fil-15 ta' Settembru 921) hija qaddisa u martri Ċeka meqjuma mill-Ortodossi u mill-Kattoliċi Rumani. Hija twieldet f'Mělník bħala bint il-prinċep tas-Sorbi Slavibor.[1] Santa Ludmila kienet in-nanna ta' San Wenceslaus, li ġeneralment huwa magħruf l-iktar bħala r-Re t-Twajjeb Wenceslaus. Santa Ludmila ġiet kanonizzata ftit wara mewtha. Bħala parti mill-proċess ta' kanonizzazzjoni fid-925, Wenceslaus ċaqlaq il-fdalijiet tagħha lejn il-Bażilika ta' San Ġorġ fi Praga.[2]

Żwieġ[immodifika | immodifika s-sors]

Ludmila żżewġet lil Bořivoj I tal-Boemja, l-ewwel Duka Kristjan tal-Boemja, fit-873. Il-koppja kkonvertiet għall-Kristjaneżmu permezz tal-isforzi ta' Metodju. L-isforzi tagħhom biex il-Boemja tikkonverti għall-Kristjaneżmu inizjalment ma ntlaqgħux tajjeb, u l-pagani keċċewhom minn pajjiżhom għal xi żmien. Eventwalment il-koppja reġgħet lura u rrenjat għal diversi snin qabel ma rtirat f'Tetín, qrib Beroun.[3]

Bořivoj ħadlu postu ibnu Spytihněv, li mbagħad ħadlu postu ħuh Vratislav. Meta Vratislav miet fid-921, ibnu Wenceslas sar il-mexxej li jmiss tal-Boemja. Primarjament kienet Ludmila li rabbiet lin-neputi tagħha, u hi għamlitha ta' reġġent għalih.[4]

Ludmila u Drahomíra[immodifika | immodifika s-sors]

Omm Wenceslaus, Drahomíra, bdiet tgħir għall-influwenza li kellha Ludmila fuq Wenceslaus. B'hekk qabbdet lil żewġ irġiel nobbli, Tunna u Gommon (x'aktarx ta' dixxendenza Franka jew Varangjana) joqtlu lil Ludmila f'Tetín, u parti mill-ġrajja ta' Ludmila ssostni li ġiet fgata bil-velu tagħha stess. Inizjalment, Ludmila ndifnet fil-Knisja ta' San Mikiel f'Tetín.[5]

Ludmila ġiet kanonizzata ftit wara mewtha. Bħala parti mill-proċess ta' kanonizzazzjoni, fid-925 Wenceslaus ċaqlaq il-fdalijiet tagħha lejn il-Bażilika ta' San Ġorġ fi Praga. Ludmila hija meqjuma bħala l-patruna tal-Boemja. Hija titqies bħala l-qaddisa patruna tal-Boemja, ta' dawk li jikkonvertu, tad-dukessi, ta' dawk li jkollhom diżgwidi ma' qrabathom, u tar-romol. Il-festa tagħha tiġi ċċelebrata fis-16 ta' Settembru.[6]

Antonín Dvořák ikkompona l-oratorju tiegħu msejjaħ Santa Ludmila bejn Settembru 1885 u Mejju 1886. Dan ix-xogħol ġie kkummissjonat mill-pubblikatur Littleton għall-Festival ta' Leeds.[7]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "MM - legendy - Prolog o sv. Ludmile (JVajs)". www.moraviamagna.cz. Miġbur 2023-04-03.
  2. ^ "Saint Ludmila | Biography & Facts | Britannica". www.britannica.com (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-03.
  3. ^ "CATHOLIC ENCYCLOPEDIA: St. Ludmilla". www.newadvent.org. Miġbur 2023-04-03.
  4. ^ www.fg.cz, 2023, FG Forrest, a s. "Saint Ludmila - 1100 years since the death of the first Czech saint". Prague.eu (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-03.
  5. ^ Kantor, M. The Origins of Christianity in Bohemia. 1990.
  6. ^ "Martri". www.vatican.va. Miġbur 2023-04-03.
  7. ^ "St. Ludmila, patroness of Bohemia". blogs.bl.uk (bl-Ingliż). Miġbur 2023-04-03.