Aqbeż għall-kontentut

Lucia Anguissola

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Lucia Anguissola (1536 or 1538 - d. ?Cremona, c. 1565, qabel 1568) kinet pittriċi manierista Taljana.

Ftit nafu fuq il-ħajja ta' Lucia u m'għandniex reġistri tat-twelid, però tradizzjonalment jingħad li mietet fl-1565 meta kellha bejn għoxrin u tletin sena. Nafu bi ftit biss mill-pitturi ta' Lucia u tnejn biss minn dawk li baqa' huma ffirmati.

Lucia twieldet Cremona, l-Italja. Kienet it-tielet minn ħames aħwa bniet li kollha saru pitturi. Missierha, Amilcare Anguissola, li kien minn-nobbiltà minuri ta' Genova ħeġġeġ lil uliedu biex jitgħallmu l-pittura. Lucia x'aktarx tħarrġet ma' oħta l-kbira Sofonisba Anguissola u xogħolha, il-parti l-kbira ritratti, jixbaħ lil tagħha fl-istill u t-teknika. Minn ħut Sofonisba, Lucia kellha l-iżjed ħila.

Ritratt ta' Pietro Maria, Tabib minn Cremona (1560), Mużew tal-Prado, Madrid

Vasari faħħar waħda mill-pitturi li għadha teżisti li ra meta żar id-dar tal-familja wara mewtha, ir-Ritratt ta' Pietro Maria, Tabib ta' Cremona, (kmieni fis-snin 1560)[1]. Dan ritratt sensibbli, fuq il-griż u l-kannella. Lucia qegħdet lifgħa fuq il-bastun ta' Pietro Maria biex turi li kien tabib. Is-sengħa tagħha tidher fil-ħila li kellha li turi l-karattru tal-mudell f'wiċċu mimli ħajja b'ħuġbejn ogħla mill-oħra u spalla ogħla mill-oħra. L-uniku xogħol ieħor ta' Lucia li hu iffirmat hu awtoritratt ta' nofs tul (c. 1557)[2]. Lucia pinġiet ukoll Madonna bil-Bambin. Hemm Ritratt ta' Mara (kmien fis-snin 1560, Gal. Borghese, Ruma) li hu maħsub li jew hu awtoritratt tagħha jew ritratt tagħha mpinġi minn Sofonisba. Żewġ ritratti (Pinacoteca Tosio Martinengo, Brescia u Museo Poldi Pezzoli, Milan), x'aktarx ta' Minerva Anguissola, jistgħu ukoll kienu mpinġijin minn Lucia.

Billi mietet żgħira ma kellhiex l-opportunità li tkun magħrufa daqs oħta.

Biblijografija

[immodifika | immodifika s-sors]
  • Perlingieri,Ilya Sandra, Sofonisba Anguissola,, Rizzoli International, 1992 ISBN 0-8478-1544-7
  • Harris, Anne Sutherland and Linda Nochlin, Women Artists: 1550-1950, Los Angeles County Museum of Art, Knopf, New York, 1976
  1. ^ Mużew tal-Prado, Madrid
  2. ^ Castello Sforzesco, Milan