Lino Bugeja
Lino Bugeja (Il-Birgu, 1930 - 10 ta' Jannar 2017) kien sportiv, ġurnalist, edukatur, u ambjentalista.
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]Studja l-Liċeo u fil-Kulleġġ tal-Edukazzjoni ta’ Malta, minn fejn ikkwalifika bħala għalliem fl-1949.
Hu kompla l-istudji tiegħu fil-Kulleġġ ta’ Edinburgh, fl-Iskozja (1960-61) u fl-Università ta’ Londra (1965-66).
Hu kiseb Associateship fl-Istitut tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Londra.
Edukazzjoni u Sport
[immodifika | immodifika s-sors]Hu ħadem fid-Dipartiment tal-Edukazzjoni f’diversi karigi. Hu kien ukoll lettur fil-Fakultà tal-Edukazzjoni tal-Università ta’ Malta.
Hu kien atleta tajjeb u rebbieħ nazzjonali f’distanzi medji. Fl-1951, huwa rrapreżenta lil Malta fil-Logħob tal-Mediterran f’Lixandra, l-Egittu, fejn kiser ir-rekord nazzjonali fl-400 metru f’ħin ta’ 52.8 sekondi.
Fl-1972, Lino Bugeja għen lil Fr Hilary Tagliaferro fit-twaqqif taċ-Ċentru Sportiv Edukattiv.
Bejn l-1972 u l-1980, hu kien Segretarju Ġenerali tal-Kumitat Olimpiku ta’ Malta.
Fl-1985, inħatar l-ewwel direttur tal-Akkademja Olimpika ta’ Malta.
Bejn l-1988 u l-1993, hu kien magħżul mill-Kumitat Olimpiku Internazzjonali bħala espert sabiex jagħti lezzjonijiet dwar l-Istorja tal-Isport.
Fl-2005, hu waqqaf ir-Ramblers Association of Malta.
Hu ppubblika għadd ta’ kotba u artikli f’ġurnali akkademiċi. Sa ftit qabel miet, baqa' jikteb artikli f’gazzetti lokali dwar il-wirt artistiku u storiku ta’ Malta.
Unuri
[immodifika | immodifika s-sors]Fl-2003, hu ngħata l-unur Croce dell’Ordine al Merito Melitense mill-Ordni Sovran Militari ta’ Malta.
Fl-2004, hu rebaħ l-2003 Journalism Award for Sports Journalism.
Fl-2008, Lino Bugeja rċieva l-unur li jiddaħħal fil-Malta Olympic Committee’s Hall of Fame.
Fl-2013, Lino Bugeja ngħata Ġieħ ir-Repubblika b’għarfien tas-servizz distint lill-ġid tal-poplu Malti, partikularment fl-oqsma tal-edukazzjoni, kultura, sports u l-protezzjoni tal-ambjent.