Aqbeż għall-kontentut

Limburgu (Belġju)

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn Limburg (Belġju))
Limburgu
(Olandiż:Limburg)
Bandiera Emblema
Lokazzjoni ta' Limburgu
Pajjiż  Belġju
Reġjun  Reġjun Fjamming
Kapital Ħasselt
Gvernatur Herman Reynders
Erja 2,414 km2 (932 mi kw)
Popolazzjoni
 - Total:
 - Densità:

844,621
350/km2 (910/mi kw)
Websajt Sit Uffiċjali

Limburgu hi provinċja moderna tal-Fjandri, li hija waħda minn tliet sotto-diviżjonijiet politiċi u kulturali prinċipali tal-Belġju moderna (Ewropa).

Limburgu tinsab fil-punent tax-xmara Meuse (Olandiż Maas), hi għandha fruntiera ma' provinċja bl-istess isem Limburg li tinsab fl-Olanda. Hi għandha fruntiera wkoll mal-provinċja Wallonjana ta' Liège fin-nofsinhar, li għandha wkoll rabtiet storiċi. Lejn it-tramuntana u l-punent hemm it-territorji antiki tad-Dukat ta' Brabant, il-provinċji Fjammingi tal-Brabant Fjamming u Antwerp lejn il-punent, u l-provinċja Olandiża tal-Brabant ta' Fuq lejn it-tramuntana.

Il-provinċja ta' Limburgu għandha arja ta' 2,414 km² li hija maqsuma fi tliet distretti (arrondissementen bl-Olandiż) li fihom 44 muniċipalitajiet. Fost dawn il-muniċipalitajiet hemm il-kapital attwali Ħasselt, il-kapital medjevali kmieni Borgloon, Ġenk, Diepenbeek (dar għall-Università ta' Ħasselt), u Tongeren, l-unika belt Rumana fil-provinċja u meqjusa bħala l-eqdem belt tal-Belġju.

Il-muniċipalità ta' Voeren hija ġeografikament maqlugħa minn Limburgu u l-bqija tal-Fjandri, mal-Olanda fit-tramuntana u l-provinċja Wallonjana ta' Liège fin-nofsinhar. Din il-muniċipalità kienet stabbilita mir-riforma muniċipali tal-1977 u fl-1 ta' January 2008 b'sitt irħula tagħha kellha popolazzjoni totali ta' 4,207. L-arja totali tagħha hija 50.63 km².

Ħoloq esterni

[immodifika | immodifika s-sors]