Fenek tal-istrixxi ta' Annam

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Fenek tal-istrixxi ta' Annam
Fenek tal-istrixxi ta' Annam, Nesolagus timminsi
Klassifikazzjoni xjentifika
Renju: Animalia
Phylum: Chordata
Klassi: Mammalia
Sottoklassi: Theria
Infraklassi: Eutheria
Superordni: Euarchontoglires
Ordni: Lagomorpha
Familja: Leporidae
Ġeneru: Nesolagus
Speċi: N. timminsi
Isem binominali
Nesolagus timminsi
Averianov, Abramov, & Tikhonov, 2000
Firxa ta' Nesolagus timminsi


Il-Fenek tal-istrixxi ta' Annam Nesolagus timminsi jew kif inhu magħruf ukoll Liebru tal-istrixxi ta' Annam (għalkemm dan huwa fenek), huwa mammiferu plaċentat erbivoru tal-familja Leporidae fl-ordni Lagomorpha, li ġie skopert xjentifikament lejn l-aħħar tas-snin 90. L-ewwel evidenzi tal-eżistenza ta' din l-ispeċi ta' fenek ġew minn eżemplari maqbudin friski fis-swieq tal-ikel f'Laos bejn l-1995 u l-1996 u minn dak iż-żmien 'l hawn instab f'siti oħra fil-Vietnam (Surridge et al. 1999).

Dan il-fenek huwa ristrett għall-foresti tal-muntanji ta' Annam fuq il-fruntiera bejn Laos u Vietnam, fix-Xlokk tal-kontinent Asjatiku, f'għoli ta' bejn 400 metru l-inqas u 1,500 metru l-aktar. L-ambjent huwa kollu foresta tal-muntanji dejjem ħadra ta' għoli jew altitudni moderata. Dan il-fenek huwa notturnu u matul il-ġurnata jistaħba f'bejtiet jew f'toqob taħt l-art qalb l-għeruq tas-siġar.

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Annam huwa speċi ta' fenek żgħir, b'par widnejn pjuttost ċkejkna, bil-pil lewn il-kannella ċar tar-ramel, bi strixxi suwed minn fuq id-dahar għal-ġenbejn, minn fuq is-saqajn ta' wara għal fuq l-ispallejn u fuq il-wiċċ mal-wardiet għal madwar l-għajnejn, simili għall-istrixxi tal-Fenek ta' l-istrixxi ta' Sumatra l-ispeċi l-oħra fil-ġeneru Nesolagus.

Distribuzzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Il-Fenek tal-istrixxi ta' Annam Nesolagus timminsi huwa speċi ta' fenek rari ħafna li jinsab jgħix fuq il-muntanji ta' Annam fuq il-fruntiera bejn Laos u Vietnam.

Klassifikazzjoni[immodifika | immodifika s-sors]

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  • Lagomorph Specialist Group (1996). Nesolagus timminsi Fil-Periklu kritiku ta' estinzjoni. 2006 IUCN Red List of Threatened Species. IUCN 2006. Informazjoni mniżla fid- 9 ta' Novembru 2006.