Liċenzja Creative Commons

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Logo tal-Creative Commons
Vidjow li jispjega kif liċenzji tal-Creative Commons jistgħu jkunu użati flimkien ma liċenzji kummerċjali.

Liċenzja Creative Commons (CC) hija waħda minn bosta liċenzji pubbliċi tad-drittijiet tal-awtur li jippermettu t-tqassim b'xejn ta' "xogħol" li seta kien restritt bi drittijiet tal-awtur.[a] Liċenzja CC tintuża meta awtur jkun jrid jagħti lil nies oħra d-dritt li jaqsmu, jużaw, u jibnu fuq xogħol li jkun ħoloq l-awtur. CC jipprovdi flessibbiltà lil awtur (pereżempju, jistgħu jagħżlu li jippermettu biss użi mhux kummerċjali ta' xogħol partikolari) u jipproteġi lin-nies li jużaw jew iqassmu ix-xogħol ta' awtur minn inkwiet ta' ksur tad-drittijiet tal-awtur (sakemm jirrispettaw il-kundizzjonijiet li huma speċifikati fil-liċenzja).[1][2][3]

Hemm diversi tipi ta' liċenzji Creative Commons. Kull liċenzja tvarja skont l-għażla ta' kundizzjonijiet possibbli li japplikaw għaliha. Il-liċenzji ħarġu fis-16 ta' Diċembru 2002 minn Creative Commons, korporazzjoni bla skop ta' qliegħ fundata fil-2001. Kien hemm ħames verżjonijiet ta' dawn il-liċenzji, bejn 1.0 u 4.0.[4] F'Novembru 2013, l-iktar verżjoni riċenti tal-liċenzji, il-veżjoni 4.0, ħarġet. Filwaqt li l-liċenzja Creative Commons kienet oriġinalment ibbażata fuq is-sistema legali Amerikana, daż-żmien hemm diversi portijiet ta' ġurisdizzjoni ta' Creative Commons li jakkomodaw liġijiet internazzjonali.

F'Ottubru tal-2014, l-Open Knowledge Foundation approvat il-liċenzji CC BY, CC BY-SA, u CC0 bħala konformanti mal-"Open Definition" għal kontenut u dejta.[5][6][7]

Storja[immodifika | immodifika s-sors]

Aaron Swartz u Lawrence Lessig fl-avveniment tal-2002 għall-ewwel rilaxx tal-liċenzji.

Lawrence Lessig u Eric Eldred iddisinjaw il-Liċenzja Creative Commons (CCL) fl-2001 minħabba li raw il-ħtieġa għal liċenzja li tkun bejn il-modi eżistenti tad-drittijiet tal-awtur u l-istatus tad-dominju pubbliku. Il-verżjoni 1.0 tal-liċenzji ġiet rilaxxata uffiċjalment fis-16 ta' Diċembru 2002.[8]

Oriġini[immodifika | immodifika s-sors]

Is-CCL tippermetti lill-inventuri li jżommu d-drittijiet għall-innovazzjonijiet tagħhom filwaqt li jippermetti wkoll użu relattivament ħieles tal-invenzjoni minn l-oħrajn.[9] Is-CCL ħarġet bħala reazzjoni għad-deċiżjoni f'Eldred v. Ashcroft fejn il-Qorti Suprema tal-Istati Uniti ħarġet id-dispożizzjonijiet kostituzzjonali tal-Att dwar l-Estensjoni tat-Terminu tad-Drittijiet tal-Awtur li estendiet it-terminu tad-drittijiet tal-awtur għal 70 sena wara li jmut l-aħħar awtur li jibqa' ħaj.[9]

Porting tal-liċenzja[immodifika | immodifika s-sors]

Il-liċenzji Creative Commons oriġinali mhumiex lokalizzati u nkitbu fil-kuntest tas-sistema legali tal-Istati Uniti; għalhekk il-kliem jista' jkun inkompatibbli mal-leġiżlazzjoni lokali f'ġurisdizzjonijiet oħra, u b'hekk il-liċenzji ma jistgħux jiġu infurzati hemm. Biex tindirizza din il-kwistjoni, Creative Commons talbet lill-affiljati tagħha biex jittraduċu d-diversi liċenzji biex jirriflettu l-liġijiet lokali fi proċess imsejjaħ "porting".[10] Minn Lulju 2011, il-liċenzji Creative Commons ġew trasferiti għal aktar minn 50 ġurisdizzjoni madwar id-dinja.[11]

Tipi ta' liċenzji[immodifika | immodifika s-sors]

L-ispettru tal-liċenzji Creative Commons bejn id-dominju pubbliku (fuq) u d-drittijiet kollha riżervati (isfel). In-naħa tax-xellug tindika l-użu permess u in-naħa tal-lemin tindika il-komponenti tal-liċenzja. Iż-żona ħadra skura tindika liċenzji kompatibbli tax-Xogħlijiet Kulturali Ħielsin u iż-żewġ żoni ħodor jindikaw liċenzji kompatibbli mal-kultura Remix.
Użu tal-liċenzja CC fl-2014 (fuq u nofs), użu tal-liċenzja kompatibbli "Xogħlijiet kulturali b'xejn" 2010 sa 2014 (qiegħ).

Erbgħa drittijiet[immodifika | immodifika s-sors]

Il-liċenzji CC kollha jagħtu "drittijiet bażi", bħad-dritt li tqassam ix-xogħol tal-awtur madwar id-dinja għal skopijiet mhux kummerċjali u mingħajr modifika.[12] Barra minn hekk, verżjonijiet differenti tal-liċenzja jippreskrivu drittijiet differenti, kif muri f'din it-tabella:[13]

Ikona Dritt Deskrizzjoni
Attribution Attribuzzjoni (BY) L-utenti tax-xogħol liċenzjat jistgħu jikkupjaw, iqassmu, juru, iwettqu u jagħmlu xogħlijiet derivattivi u remix ibbażati fuqha biss jekk jagħtu lill-awtur jew lis-sid tal-liċenzja il-kreditu (attribuzzjoni) bil-mod speċifikat. Mill-verżjoni 2.0, il-liċenzji kollha Creative Commons jeħtieġu attribuzzjoni lill-kreatur u jinkludu l-'BY'.
Share-alike Aqsam bl-istess mod (SA) L-utenti tax-xogħol liċenzjat jistgħu jqassmu xogħlijiet derivattivi biss taħt liċenzja identika għal ("mhux aktar restrittiva minn") il-liċenzja li tirregola x-xogħol oriġinali (ara wkoll copyleftt). Mingħajr share-alike, xogħlijiet derivattivi jistgħu jiġu sottoliċenzjati bi klawsoli ta' liċenzja kompatibbli iżda aktar restrittivi, eż. CC BY sa CC BY-NC.
Non-commercial Mhux kummerċjali (NC) L-utenti tax-xogħol liċenzjat jistgħu jikkupjaw, iqassmu, juru, iwettqu x-xogħol u jagħmlu xogħlijiet derivattivi u remix ibbażati fuqu biss għal skopijiet mhux kummerċjali.
Non-derivative Ebda xogħlijiet derivattivi (ND) L-utenti tax-xogħol liċenzjat jistgħu jikkupjaw, iqassmu, juru u jwettqu biss kopji verbatim tax-xogħol, mhux xogħlijiet derivattivi u remix ibbażati fuqu. Mill-verżjoni 4.0, xogħlijiet derivattivi huma permessi iżda m'għandhomx jiġu kondiviżi.

Ara ukoll[immodifika | immodifika s-sors]

Noti[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "Xogħol" huwa kwalinkwa materjal kreattive magħmul minn persuna. Pittura, grafika, ktieb, diska u lirika, jew ritratt ta' kważi kull ħaġa huma kollha eżempji ta' "xogħolijiet".

Referenzi[immodifika | immodifika s-sors]

  1. ^ "What are Creative Commons licenses?". Wageningen University & Research.
  2. ^ "Creative Commons". University of Michigan Library. 2023-01-25.
  3. ^ "The Creative Commons licenses". UNESCO.
  4. ^ "License Versions".
  5. ^ "Conformant Licenses". opendefinition.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-March 1, 2016. Miġbur January 25, 2023. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |website= u |archive-url= (għajnuna)
  6. ^ "Creative Commons 4.0 BY and BY-SA licenses approved conformant with the Open Definition". Creative Commons. 2013-12-27. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2016-03-04. Miġbur 2023-01-25. Ċitazzjoni għandu parametrs mhux magħruf u vojt: |1= u |website= (għajnuna)
  7. ^ "Open Definition 2.1". opendefinition.org. Arkivjat minn l-oriġinal fl-January 27, 2017. Miġbur January 25, 2023.
  8. ^ "Creative Commons Unveils Machine-Readable Copyright Licenses". 2002-12-16. Arkivjat minn l-oriġinal fl-December 22, 2002.
  9. ^ a b "1.1 The Story of Creative Commons | Creative Commons Certificate for Educators, Academic Librarians and GLAM". certificates.creativecommons.org. Miġbur 2021-04-28.
  10. ^ Murray, Laura J. (2014). Putting intellectual property in its place : rights discourses, creative labor, and the everyday. Oxford. ISBN 978-0-19-933626-5. OCLC 844373100.
  11. ^ "Worldwide". Creative Commons. Archived from the original on October 15, 2008.
  12. ^ "Baseline Rights". Creative Commons. June 12, 2008. Arkivjat mill-orġinal fl-February 8, 2010. Miġbur February 22, 2010.
  13. ^ "Frequently Asked Questions". Creative Commons. Creative Commons Corporation. 28 August 2020. Miġbur 26 November 2020.