Leopoldu Mandić
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
San Leopoldu Mandic, O.F.M. Kap. (magħruf ukoll bħala Leopold ta' Castelnuovo), (12 ta' Mejju, 1866 - 30 ta' Lulju, 1942), kien patri Franġiskan Kapuċċin Kroat, li kien isofri ħafna minn diżabilitajiet li affettwawlu l-mod kif jitkellem u l-istatura tiegħu. Huwa żviluppa qawwa spiritwali tremenda minkejja d-diżabilitajiet tiegħu u sar popolari ħafna fil-ministeru tiegħu bħala konfessur, ħafna drabi kien iqatta' minn 12 sa 15-il siegħa fil-konfessjonarju.
Għalkemm Mandic ried li jkun missjunarju fl-Ewropa tal-Lvant, huwa qatta' kważi l-ħajja kollha adulta tiegħu fl-Italja, u għex Padova minn 1906 sa ma miet. Hu qatta' sena f'ħabs Taljan matul it-Tieni Gwerra Dinjija, billi ma riedx jirrinunzja n-nazzjonalità Kroata tiegħu. Qatt ma waqaf joħlom għall-għaqda bejn il-knisja Kattolika u Ortodossa u li jmur fil-Lvant. Huwa sar magħruf bħala Appostlu tal-Qrar u Appostlu tal-Unità bejn l-Insara.
Ħajja bikrija
[immodifika | immodifika s-sors]Hu twieled bl-isem ta' Bogdan Ivan Mandic fil-belt kostali ta 'Herceg Novi' (bit-Taljan: Castelnuovo), mal-Bajja ta' Kotor, illum parti mill-Montenegro. Huwa kien it-tnax-il wild ta' Dragica Zarević u Petar Antun Mandic, sid ta' flotta tas-sajd Adrijatika. Il-familja kienet ta'oriġini nobbli mill-Bosnja u trasferita għall-Kroazja fis-seklu 15. Il-familja, eventwalment, tilfet ħafna mill-ġid li kellha, u bdiet iktar tifhem lil dawk li sofrew sitwazzjonijiet simili.
Mandic kiber viċin komunità ta' patrijiet Kapuċċini li kienu ilhom hemm mitejn sena u kienu ġejjin mill-provinċja ta' Venezja miż-żmien meta din iż-żona kienet taqa' taħt ir-Repubblika ta' Venezja.
Fiżikament deformat u delikat, twal biss 1.35 metru (4'5 "), u kellu mixja goffa u jbati ħafna bit-temtim.
Wara li ħassu msejjaħ jgħix l-istil ta' ħajja ta' patrijiet, f'Novembru 1882, ta' 16-il sena, huwa mar Udine biex jidħol fis-seminarju minuri tal-Provinċja Venezjana tal-Kapuċċini. Sentejn wara aċċettawh fin-novizzjat tal-patrijiet f'Bassano del Grappa, fejn tawh l-abitu Kapuċċin u l-isem reliġjuż ta' Leopold ta' Castelnuovo.
Fit-3 ta' Mejju, 1885, huwa għamel l-ewwel professjoni tiegħu, u wara ntbagħat għall-istudji tiegħu biex isir saċerdot fil-kunventi Kapuċċini ta' Padova u Venezja. Hu għamel il-professjoni perpetwa fl-1888.
Saċerdozju u Ħidma Ekumenika
[immodifika | immodifika s-sors]Nhar l-20 ta' Settembru, 1890, Mandic kien ordnat saċerdot fil-Bażilika ta' Santa Maria della Salute f'Venezja fl-età ta' 24 sena mill-Kardinal Domenico Agostini, Patrijarka ta' Venezja. Wara l-ordinazzjoni tiegħu, Mandic intbagħtet f'diversi kunventi Kapuċċini fir-reġjun ta' Venezja u fil-Kroazja. Fost diversi ħidmiet tiegħu kien hemm il-formazzjoni tas-seminaristi, kif ukoll il-ħtiġijiet tad-dar, bħal li joqgħod mal-bieb. Kull fejn kien dejjem qarar ħafna. Kienu jmorru għandu kull tip ta' nies u minn kullimkien. Fl-1906 intbagħat fil-kunvent ta' Santa Croce fil Padova, fejn kellu jqatta' l-bqija ta' ħajtu.
Ta' moħħ miftuħ li kien, Padre Leopoldo Mandić kellu formazzjoni filosofika u teoloġika tajba ħafna u għal ħajtu kollha baqa' jistudja s-Santi Padri u d-Dutturi tal-Knisja. Sa mill-1887, ħassu li kellu jmexxi 'l quddiem ix-xewqa li l-Ortodossi jingħaqdu mal-Kattoliċi. Bix-xewqa li jerġa' f'art twelidu bħala missjunarju, tgħallem ħafna ilsna Slavi u xi ftit Grieg modern. Talab li jmur fil-Lvant skont dak l-ideal ekumeniku, li ħadu wkoll bħala vot, imma saħħtu ma kinitx tajba u s-superjuri tiegħu ma ħallewhx. Id-diżabiltajiet tiegħu kienu jagħmuhielu iebsa ħafna biex jipprietka.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Mandic sofra minn kanċer fi griżmejh, li finalment wassal għall-mewt tiegħu fl-età ta' 76 sena. Fit-30 ta' Lulju, 1942, waqt li kien qed iħejji għall-quddiesa, huwa waqa' mal-art. Huwa ttieħed fiċ-ċella tiegħu, fejn ingħata l-aħħar sagramenti. Patrijiet li kienet nġabru fejn is-sodda tiegħu bdew ikantaw il-Regina Salve u raw li Leopold jmut waqt li kienu qegħdin ikantaw "O Ħanina, O Pija, O Ħelwa Verġni Marija."
Qima
[immodifika | immodifika s-sors]Minħabba l-bumbardamenti tat-Tieni Gwerra Dinjija, il-knisja u l-parti tal-kunvent fejn Mandic għex iġġarrfu, iżda ċ-ċella tiegħu u l-konfessjonarju ma sofrewx ħsara. Huwa kien bassar dan qabel mewtu, meta qal, "Il-knisja u l-kunvent se jintlaqtu mill-bombi, iżda mhux din iċ-ċellula żgħira. Hawnhekk Alla eżerċita tant ħniena tant għan-nies, li għandu jibqa' bħala monument tat-tjieba ta' Alla."
Papa Pawlu VI ibbeatifika lil Leopoldu fit-2 ta' Mejju 1976. Kien iddikjarat qaddis minn Ġwanni Pawlu II matul l-Assemblea Ġenerali tas-Sinodu tal-Isqfijiet fis-16 ta' Ottubru 1983. Leopold ġie mfaħħar bħala l-"Appostlu tal-Unità".
Sena tal-Ġublew 2016
[immodifika | immodifika s-sors]Fuq talba personali tal-Papa Franġisku, il-fdalijiet ta' Mandic ittieħdu Ruma għall-qima matul il-Ġublew Straordinarju tal-Ħniena 2015-2016. Hu u sieħbu patri Kapuċċini ieħor, San Piju ta' Pietrelcina, intgħażlu bħala Qaddisin-Konfessuri biex jispiraw lin-nies ħalli jirrikonċiljaw ruħhom mal-Knisja u ma' Alla, bil-qrara ta' dnubiethom. Il-Korpi tagħhom kienu għall-qima, l-ewwel fil-Bażilika ta' San Lawrenz Fuore le Mura, amministrata mill-patrijiet Kapuċċini, u wara mill-Bażilika ta' San Pietru.