L-isparar fid-diskoteka Pulse f'Orlando

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa

Fit-12 ta' Ġunju fl-2016, Omar Mateen, għassies tas-sigurtà ta' 29 sena, daħal fid-diskoteka omosesswali Pulse fil-belt ta' Orlando fi Florida u fetaħ in-nar fuq in-nies li kienu ġo fiha. Wara konfront ta' 3 sigħat, il-Pulizija f'Orlando sparat fuqu u qatlitu.

Ftit tal-ħin qabel ma wettaq l-isparar, Mateen kien ċempel lil 9-1-1 u ddikjara l-lealtà tiegħu mal-mexxej tal-Istat Iżlamiku, Abu Bakr al-Baghdadi. Investigaturi tal-aġenzija FBI kklassifikaw l-attakk bħala wieħed terroristiku.

F'lejl l-attakk id-diskoteka kienet organizzat "Lejla Latina", u l-maġġoranza tal-vittmi kienu ta' ġens Ispaniku. Dan l-inċident huwa l-attakk bl-akbar numru ta' vittmi fl-istorja tal-vjolenza kontra l-kommunità LGBT fl-Istati Uniti u kien l-attakk terroristiku bl-akbar numru ta' mejtin fl-Istati Uniti mindu l-attakki li saru fil-11 ta' Settembru fl-2001. F'dak il-ħin kien ukoll l-isparar tal-massa bl-akbar numru ta' mejtin imwettaq minn persuna waħda fl-istorja tal-Istati Uniti. Sena wara ssebaq mill-isparar li seħħ f'Las Vegas.

L-isparar[immodifika | immodifika s-sors]

L-ewwel tiri u s-sitwazzjoni tal-ostaġġi[immodifika | immodifika s-sors]

Fil-11 ta' Ġunju fl-2016, id-diskoteka Pulse, li hija diskoteka omosesswali fil-belt ta' Orlando fi Florida, kienet tospita "Lejla Latina", avveniment ta' bil-lejl kull nhar is-Sibt, li fih kienu jattendaw bosta nies ta' ġens Ispaniku. Fil-ħabta tas-2 bil-lejl għadu kien hemm xi 320 persuna ġewwa d-diskoteka. Kien f'dak il-ħin li Omar Mateen daħal fiha u beda spara fuq in-nies. Tużżani mejtu jew indarbu gravi. Ftit minuti wara l-bidu tal-isparar, Mateen irtira aktar 'il ġewwa u beda jżomm ostaġġi f'kamra tal-banju.

Waqt l-isparar, numru tal-persuni maqbuda fid-diskoteka ppruvaw sejħu l-għajnuna billi jċemplu jew jibgħatu messaġġi lill-iħbieb u qraba tagħhom.

Ismijiet il-mejtin[immodifika | immodifika s-sors]

L-ismijiet u l-etajiet tal-vittmi maqtula ġew ikkonfermati mill-Belt ta' Orlando wara li l-qraba tagħhom kienu ġew notifikati:

  • Stanley Almodovar III, 23
  • Amanda Alvear, 25
  • Oscar A. Aracena-Montero, 26
  • Rodolfo Ayala-Ayala, 33
  • Alejandro Barrios Martinez, 21
  • Martin Benitez Torres, 33
  • Antonio D. Brown, 30
  • Darryl R. Burt II, 29
  • Jonathan A. Camuy Vega, 24
  • Angel L. Candelario-Padro, 28
  • Simon A. Carrillo Fernandez, 31
  • Juan Chevez-Martinez, 25
  • Luis D. Conde, 39
  • Cory J. Connell, 21
  • Tevin E. Crosby, 25
  • Franky J. Dejesus Velazquez, 50
  • Deonka D. Drayton, 32
  • Mercedez M. Flores, 26
  • Peter O. Gonzalez-Cruz, 22
  • Juan R. Guerrero, 22
  • Paul T. Henry, 41
  • Frank Hernandez, 27
  • Miguel A. Honorato, 30
  • Javier Jorge-Reyes, 40
  • Jason B. Josaphat, 19
  • Eddie J. Justice, 30
  • Anthony L. Laureano Disla, 25
  • Christopher A. Leinonen, 32
  • Brenda L. Marquez McCool, 49
  • Jean C. Mendez Perez, 35
  • Akyra Monet Murray, 18
  • Kimberly Morris, 37
  • Jean C. Nieves Rodriguez, 27
  • Luis O. Ocasio-Capo, 20
  • Geraldo A. Ortiz-Jimenez, 25
  • Eric Ivan Ortiz-Rivera, 36
  • Joel Rayon Paniagua, 32
  • Enrique L. Rios Jr., 25
  • Juan P. Rivera Velazquez, 37
  • Yilmary Rodriguez Solivan, 24
  • Christopher J. Sanfeliz, 24
  • Xavier Emmanuel Serrano Rosado, 35
  • Gilberto Ramon Silva Menendez, 25
  • Edward Sotomayor Jr., 34
  • Shane E. Tomlinson, 33
  • Leroy Valentin Fernandez, 25
  • Luis S. Vielma, 22
  • Luis Daniel Wilson-Leon, 37
  • Jerald A. Wright, 31