Aqbeż għall-kontentut

L'Argo

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
(Rindirizzat minn L’Argo)

L'Argo kienet gazzetta ppubblikata fil-protettorat Ingliż ta' Malta fl-1804.[1] Fiż-żmien meta kienet toħroġ, kienet l-unika pubblikazzjoni perjodika f’Malta. L'Argo kienet preċeduta minn Foglio d'Avvisi (1803–1804) u kienet segwita minn Il Cartaginese (1804–1805).[2]

L-edituri tal-gazzetta kienu Vittorio Barzoni u Gavino Bonavita, u kienet iffokata fuq aħbarijiet barranin. Il-pubblikazzjoni tagħha kienet ikkontrollata mill-gvern, u kien fiha propaganda anti-Franċiża. Total ta' disa' ħarġiet ġew ippubblikati sa Settembru 1804, u ċ-ċirkolazzjoni tal-aħħar żewġ edizzjonijiet tal-gazzetta kienet ta' 400 kopja kull wieħed. Kull kopja tal-gazzetta kienet tiswa 12-il gran.

Kopji ta' din il-pubblikazzjoni jinstabu kkonservati fil-Bibljoteka Nazzjonali ta' Malta.[2]

  1. ^ Grima, Joseph F. (2019-07-14). "It happened this month: The publication of Malta's first newspaper" (bl-Ingliż). Times of Malta.
  2. ^ a b "Collections" (bl-Ingliż). Ministeru tal-Edukazzjoni ta' Malta. Arkivjat minn l-oriġinal fl-2014-10-08.