Kumpless ta' W-Arly-Pendjari
Il-Kumpless ta' W-Arly-Pendjari, magħruf ukoll bħala l-Kumpless WAP, huwa Sit ta' Wirt Dinji naturali transfruntier tal-UNESCO fil-Benin, fil-Burkina Faso u fin-Niġer.[1][2]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Kumpless ta' W-Arly-Pendjari ġie ddeżinjat bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-1996 u ġie estiż fl-2017.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ix) "Eżempju straordinarju li jirrappreżenta proċessi ekoloġiċi u bijoloġiċi kontinwi sinifikanti fl-evoluzzjoni u fl-iżvilupp ta' ekosistemi u ta' komunitajiet ta' pjanti u ta' annimali terrestri, tal-ilma ħelu, kostali u tal-baħar"; u l-kriterju (x) "Post fejn hemm l-iktar ħabitats naturali importanti u sinifikanti għall-konservazzjoni fil-post tad-diversità bijoloġika, inkluż fejn hemm speċijiet mhedda ta' valur universali straordinarju mill-perspettiva tax-xjenza jew tal-konservazzjoni".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Is-sit huwa magħmul minn tliet komponenti:
- il-Park Nazzjonali ta' W li jmiss ma' tliet pajjiżi;
- il-Park Nazzjonali ta' Arli fil-Burkina Faso;
- il-Park Nazzjonali ta' Pendjari fil-Benin.
Mill-2005, iż-żona protetta titqies ukoll bħala Unità ta' Konservazzjoni tal-Iljuni u "fortizza" potenzjali għall-iljuni.[3]
Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "W-Arly-Pendjari Complex". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2024-01-19.
- ^ Henschel, P.; Petracca, L. S.; Hunter, L. T.; Kiki, M.; Sewadé, C.; Tehou, A.; Robinson, H. S. (2016). "Determinants of distribution patterns and management needs in a critically endangered lion Panthera leo population". Frontiers in Ecology and Evolution. 4 (4): 110.
- ^ IUCN Cat Specialist Group (2006). Conservation Strategy for the Lion West and Central Africa. Yaounde, il-Kamerun: IUCN.