Aqbeż għall-kontentut

Klad

Minn Wikipedija, l-enċiklopedija l-ħielsa
Kladogramma bil-forma tipika ta'siġra

Fil-kladistika, klad huwa grupp ta organiżmi li jikkonsisti minn antenat singolu komuni u d-dixxendenti kollha tiegħu. Kull grupp ta' dan it-tip huwa kkunsidrat ukoll bħala grupp ta' organiżmi monofiletiku u li jista' jkun immudellat minn Kladogramma, li hija dijagramma jew stampa ta' struttura organizzata ta' dawn l-orġaniżmi taħt forma ta' siġra.

Klad huwa metodu xjentifiku jew ipoteżi xjentifika, ta' relazzjonijiet evoluzzjonarji, fost l-organiżmi inklużi fl-analisi, b' hekk klad partikolari jista' jkun aċċettat jew le skond ir-riżultati ta' analisi segwenti, għal użu ta' settijiet ta' dati differenti.

Din il-kladogramma qed turi ir-relazzjonijiet bejn gruppi ta' insetti varji.

Jekk klad jirriżulta b' saħħtu biżżejjed fl-analisi ta' kladistiċi differenti fejn ikunu ġew użati settijiet ta' dati varji, jista' jiġi addottat fit-tassonomija bħala takson, imma mhux it-taksa kollha jistgħu jiġu trattati jew ikkunsidrati bħala kladi. Ir-rettili pereżempju, huma grupp parafiletiku, għaliex ma jinkludix l-għasafar li suppost dawn ukoll evolvew mill-istess antenat tar-rettili.

It-tendenza, madankollu, qiegħda dejjem tersaq jew ixxaqleb lejn it-tassonomija kladistika li tirrikonoxxi taksa li jiffurmaw kladi puri.

Il-Filokodiċi huwa tentativ, ta' kodiċi li ħa jippermetti l-kladi li jkollhom isem formali.