Karmni Grima
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Karmni Grima (2 ta’ Frar 1838-25 ta’ Frar 1922) kienet bidwija Maltija, li kellha esperjenza reliġjuża mistika, li wasslet biex tinbena l-knisja tal-Madonna ta’ Ta’ Pinu.
Karmni Grima twieldet fir-raħal tal-Għarb f’Għawdex, il-gżira li tagħmel parti minn Malta. Il-ġenituri tagħha, Tumas u Antonia (née Apap) kienu ħaddiema foqra li jaħdmu fl-għelieqi li jinsabu fl-għoljiet tal- Ghammar. Kuljum, wara li kienet tisma' quddiesa, f' kappella żgħira ddedikata lill-Beata Verġni Marija, Karmni skienet tmur taħdem fl-għelieqi.
Fit- 22 ta' Ġunju 1883 filwaqt li, bħas-soltu hi kienet għaddejja minn quddiem il-kappella żgħira, hi semgħet ‘vuċi misterjuża ssejjħilha: “Ejja... Ejja llum. Għal sena sħiħa, inti ma tkunx tista' terġa’ tiġi hawn”. Din il- ġrajja hija meqjusa bħala “L-iktar ġrajja notevoli fl-istorja tad-Djoċesi”[1] ta’ Għawdex. Karmni Grima, għalkemm imwerwra, obdiet u daħlet fil - kappella. Minn pittura ta ‘l-Assunzjoni tal-Beata Verġni Marijali kienet tinsab fil-kappella, Karmni tisma' vuċi tgħidilha: “Għid tlett Ave Marijiet ad unur tat-tliet ijiem li Jiena qgħadt fil-qabar.” Karmni Grima mardet, u setgħet bisstmur lura fil-kappella sena wara..
Karmni qasmet din l-esperjenza mal-konfessur, u mal-ħabib u ġarr tagħha ,Francesco Portelli. Dan taʼ l- aħħar qalilha li hu wkoll kien semaʼ leħen simili. Ftit wara dawn l-inċidenti misterjuża, omm Francesco kienet fieqct b'mod mirakoluż bl-interċessjoni tal-Verġni Marija Beatu. l-Isqof Pietru Pace ġie infurmat b’dawn l-avvenimenti u wara li tkellem ma’ Karmni u Francesco huwa kkonkluda li l-vuċi kienet ta’ oriġini mis-sema.[2]