Karavanseraj Persjani
Il-Karavanseraj Persjani huma Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO magħmul minn 54 komponent fl-Iran. Il-karavanseraj kienu qishom bereġ tul ir-rotot tal-ivvjaġġar, li kienu jipprovdu kenn, ikel u ilma għall-karovani, għall-pellegrini u għal vjaġġaturi oħra. Ir-rotot u l-pożizzjonijiet tal-karavanseraj kienu jiġu ddeterminati mill-preżenza tal-ilma, mill-kundizzjonijiet ġeografiċi u mit-tħassib dwar is-sigurtà. L-54 komponent ta' dan is-Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO huma persentaġġ żgħir ħafna tal-bosta karavanseraj li nbnew tul ir-rotot antiki tal-Iran. Dawn jitqiesu bħala l-iżjed eżempji influwenti u siewja tal-karavanseraj tal-Iran, u joħorġu fid-dieher firxa wiesgħa ta' stili arkitettoniċi, l-adattament għall-kundizzjonijiet klimatiċi, u l-materjali tal-kostruzzjoni. Huma mifruxa tul eluf ta' kilometri u nbnew matul diversi sekli. Flimkien juru l-evoluzzjoni u n-network tal-karavanseraj fl-Iran, fi stadji storiċi differenti.[1][2][3][4]
Sit ta' Wirt Dinji
[immodifika | immodifika s-sors]Il-Karavanseraj Persjani ġew iddeżinjati bħala Sit ta' Wirt Dinji tal-UNESCO fl-2023.[1]
Il-valur universali straordinarju tas-sit ġie rrikonoxxut abbażi ta' żewġ kriterji tal-għażla tal-UNESCO: il-kriterju (ii) "Wirja ta' skambju importanti ta' valuri umani, tul perjodu ta' żmien jew fi ħdan żona kulturali fid-dinja, dwar l-iżviluppi fl-arkitettura jew it-teknoloġija, l-arti monumentali, l-ippjanar tal-bliet jew id-disinn tal-pajsaġġ"; u l-kriterju (iii) "Xhieda unika jew minn tal-inqas eċċezzjonali ta' tradizzjoni kulturali jew ta' ċivilizzazzjoni li għadha ħajja jew li għebet".[1]
Komponenti
[immodifika | immodifika s-sors]Referenzi
[immodifika | immodifika s-sors]- ^ a b ċ Centre, UNESCO World Heritage. "The Persian Caravanserai". UNESCO World Heritage Centre (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
- ^ AFP (2023-09-18). "Tell Al Sultan, Iran's caravanserais added to world heritage list". DAWN.COM (bl-Ingliż). Miġbur 2023-12-28.
- ^ "Iran submits UNESCO dossier on collective caravanserais". Tehran Times (bl-Ingliż). 2021-02-26. Miġbur 2023-12-28.
- ^ "UNESCO assessors to examine centuries-old Iranian caravanserai". Tehran Times (bl-Ingliż). 2021-08-27. Miġbur 2023-12-28.