Josie Coppini
Dan l-artiklu għandu bżonn jiġi wikifikat biex jaqbel mal-istandard tal-Wikipedija. B'mod partikolari, dan l-artiklu huwa nieqes minn referenzi għal sorsi esterni li jivverifikaw il-fatti u perspettivi dwar is-suġġett. Jekk jogħġbok għin biex ittejjeb dan l-artiklu skont il-konvenzjonijiet tal-Wikipedija. |
Josie Coppini | |
---|---|
Ħajja | |
Okkupazzjoni |
Josie Coppini (Valletta, 21 ta' Diċembru 1933 - 28 ta' Lulju 1998) kien attur Malti.
Studji
[immodifika | immodifika s-sors]Ħa l-edukazzjoni fil-Kulleġġ Stella Maris, Gżira.
Teatru
[immodifika | immodifika s-sors]L-ewwel imħabba lejn il-palk kienet permezz tal-mużika, liema passjoni ġiet mill-familja. Coppini kien imħarreġ bħala baritonu minn zijuh, Joseph Satariano.
Wara li Narcy Calamatta ħajru jagħmel kors fid-drama, huwa ħa t-tmexxija fil-produzzjoni She's Done It Again.
Fost oħrajn ħa sehem ukoll fl-opra Ġensna, Iskra u fil-La Traviata ta' Verdi fit-Teatru Manoel.
Josie kellu diversi partijiet ukoll fil-films The Trenchcoat, Final Justice u Black Eagle.
Produzzjonijiet oħra li ħa sehem fihom huma Triq Waħda, interpreta l-parti tas-Sur Nin fis-serje F'Baħar wieħed (1977), In-neputija tal-kappillan u fil-produzzjoni Issa naraw.
L-aħħar dehra tiegħu kienet fil-produzzjoni popolari tal-PBS, Ir-Ronnie.
Mewt
[immodifika | immodifika s-sors]Huwa miet fl-eta' ta 64 sena. Id-difna saret fiċ-ċimiterju ta’ Santa Maria Addolorata, Raħal Ġdid.